Għal min qed isir it-tibdil fl-istatut tal-PN?

Il-bieraħ tellajt artiklu mingħand Kunsiller fejn tkellem dwar il-fatt li  waħda mit-tibdiliet proposti hija dik biex ċertu karigi ma jiġux direttament meħuda mill-membri tal-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Kif inhu bħal issa l-istatut tal-PN, biex persuna tokkupa kariga fil-Partit trid tkun membru tal-Esekuttiv. Uħud mill-membri tal-Esekuttiv jiġu eletti mill-Kunsill Ġenerali. Oħrajn jiġu appuntati wara li jkun hemm l-elezzjonijiet fil-fergħat biex jirrappreżentaw lill-fergħat fuq l-esekuttiv. Oħrajn huma membri awtomatiċi.

B’hekk permezz ta’ din l-emenda li qed tkun proposta lill-kunsilliera fl-istatut tal-partit, persuna tista’ tiġi maħtura minn barra għal waħda minn dawn il-karigi. Issa permezz ta’ din l-emenda, il-President tar-Riċerka Politika, il-President Djalogu Socjali u t-Teżorier tal-Partit mhux bilfors ikunu persuni li ġew eletti mis-sistema deskritta fuq biex ikunu fuq l-Esekuttiv.

Dan it-tibdil ġab ħafna mistoqsijiet fil-Partit Nazzjonalista. Il-mistoqsija prinċipali hija din. Dan it-tibdil qed isir biex tkun akkommodata xi persuna partikolari?

Persuna kitbitli u talbitni nistaqsi jekk dawn it-tibdiliet qedx isir biex  tkun tista’ tilħaq f’waħda minn dawn il-karigi Ray Bezzina? Dan mhux qiegħed fuq l-Esekuttiv. B’hekk dan jista’ jintgħażel minn barra. Fil-passat, is-Sur Bezzina kien jaħdem ma’ George Pullicino.

Fil-ġranet li ġejjin nagħtikom min ser ikun fil-grupp ta’ strateġija li qed imexxi lill-PN.

Leave a Reply