Where your opinion counts

Id-Deputat Speaker tagħmel l-like għall-Kumment li jmur Kontra d-Dinjita’ tal-Bniedem

Qed inġib post li deher fuq il-facebook page marbuta mal-PN, kontra tiegħi. F’dan il-post jien ġejt deskritt bħala ‘gutter’. Il-kumment għamlu Joe Saliba. Hu kiteb hekk: ‘Simon Mercieca is gutter material. (Materjal ta’ taħt il-bankina). Qed intellgħu għaliex waħda mill-persuni li għamlet like għal dan il-kummenti fejn jien ġejt mgħajjar ‘gutter’ jew ‘materjal ta’ taħt il-bankina’ hija Claudette Buttigieg. Infakkar li Claudette Buttigieg, minbarra li hija MP Nazzjonalista, hija wkoll id-deputata Speaker tal-Parlament Malti u l-kelliema preżenti tal-Partit Nazzjonalista għall-ugwaljanza u d-drittijiet indaqs.

Kemm infakkar li l-Partit Nazzjonalista għamel plejtu sħiħ, meta Angela Coleiro ġie mgħajra minħabba s-sess tagħha. U sew għamel. Imma li persuna tgħajjar persuna oħra u tgħid li hija ‘gutter’ jew ‘materjal ta’ taħt il-bankina’ issib id-Deputat Speaker tal-Parlament Malti jagħmel like għaliha.

Immaġinaw għal mument kieku din il-like għamilha l-ispeaker preżenti Dr. Anglu Farrugia. Kieku ġa għandna tal-Socjeta’ Ċivili sejrin jorganiżżaw protesta għaliex mhux sew li wieħed jagħmel azzjoni bħal din. Tar-Rule of Law kieku ġa bdew jitolbu għar-reżenja tiegħu u r-radju u l-gazzetta diġitali tal-isqfijiet titkellem dwar skandlu politiku kbir. Magħhom kien jingħaqad Andrew Borg Cardona u kien jgħidilna x’tistennew mis-Sur Anġ, kif iħobb isejjaħ lill-Ispeaker.

Imma li d-deputata Speaker u l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-ugwaljanza tagħmel ‘like’ għall-kumment li jkasbar id-dinjita’ tal-persuna u li persuna tiġi mgħajra ‘gutter’, dak mhux problema. Bħal li kieku jien ma għandix id-dritt li nesprimi ruħi. Din id-darba skiet perfett. L-ipokrezija li teżisti f’dan il-grupp jew klikka tar-rule of Law li ħatfu lill-Partit Nazzjonalista, hija bla preċedent fil-politika Maltija.   

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *