Niżvela aktar Dettalji dwar x’Ġara fl-Esekuttiv
Matul dawn il-jiem, il-Partit Nazzjonalista ħareġ żewġ stqarrijiet biex jiċħad dak li ktibt jien. F’dan il-blogg ser nitkellem fuq waħda biss, dik tal-kandidatura ta’ wieħed mit-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia biex ikun kandidat fil-Partit Nazzjonalista. Dwar l-oħra, jiġifieri d-diskussjoni interni dwar ir-reshuffle ħa kelli ċans nikteb blogg separat. Nerġa’ nikkonferma li dawn l-artikli dwar ir-reshuffle ġabu paniku kbir fil-Partit Nazzjonalista għaliex kxift dak li kien għaddej bil-moħbi ġewwa dan il-partit. Il-LovinMalta stess ikkonfermat li kienu għaddejjin dawn id-diskussjonijiet dwar dan ir-reshuffle fil-Partit Nazzjonalista.
Kemm il-gazzetta Illum u LovinMalta rrappurtaw li kelliem għall-Partit Nazzjonalista ċaħad b’mod kategoriku illi qatt saret diskussjoni fil-partit biex wieħed mit-tfal ta’ Caruana Galizia jkun kandidat għall-elezzjoni. Biss imbagħad dawn il-gazzetti ma tawx isem ta’ dan il-kelliem li qiegħed jitkellem b’mod uffiċjali għall-Partit Nazzjonalista. Il-LovinMalta użat il-kelma “a spokesperson”. Ma kontx naf li taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech hemm aktar minn kelliem wieħed fil-Partit Nazzjonalista!
Biss dak li ma qalx dan il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista li meta ġiet diskussa l-kandidatura ta’ Caruana Galizia, il-laqgħa tal-esekuttiv saret permezz taż-zoom. Iż-zoom kien amministrat minn Ivan Bartolo ta’ Tas-Sliema. Jiġifieri dan kien amministrat mill-persuna li ċeda postu lil Bernard Grech. Huwa Ivan Bartolo li ddeċieda min daħal u ħareġ f’dan iż-zoom meeting. Huwa ddeċida min ikun waqt il-meeting u min le. Fi kliem ieħor, huwa kien l-amministratur taż-zoom. Is-sorsi reġgħu kkonfermaw li l-kandidatura ta’ wieħed mit-tfal ta’ Daphne ġiet diskussa b’mod informali fil-Partit Nazzjonalista. Nista’ niżvela ftit aktar. Id-diskussjoni saret fi group ristrett.
Fuq kollox, nista’ niżvela aktar affarijiet oħra li ġraw u li qed jinkwietaw lil Partit Nazzjonalista. Dak li nista’ ngħid li dawn il-leakages qed jinkwetaw bil-kbir lil Bernard Grech. U ma setgħax jaħbi dan l-inkwiet tiegħu. Infakkar li ftit qabel il-meeting ta’ l-esekuttiv, jien ippubblikajt dwar il-laqgħa u x’kien ser ikun deċiż mill-Board tal-Etika u d-Dixxiplina. Bernard Grech qal ukoll waqt l-esekuttiv li jrid investigazzjoni kif ħarġet din l-informazzjoni. Infatti kif għidt qabel bagħat għall-membri tal-board. F’dan l-istadju, kull ma jista’ jagħmel il-Partit Nazzjonalista huwa li jgħid li dawn id-diskussjonijiet seħħewx meta fil-fatt ġraw. Dan li nista’ nkompli niżvela huwa li hemm affarijiet li qed ikunu diskussi fuq livell ta’ esekuttiv u oħrajn diskussi f’ċirku ristrett fi ħdan ftit membri. Minħabba dan il-ħruġ ta’ informazzjoni dwar x’ġara f’din il-laqgħa, Bernard Grech bagħat anki għall-membri tal-Board tal-Etika u d-Dixxiplina personalment biex jinvestiga dawn il-leakages. Dawn iltaqgħu wara nofs-in-nhar. Infatti bagħat għalihom b’urġenza. Dan minħabba l-leakages li kien hemm fil-website tiegħi u fi Pjazza. l-istess esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Nagħlaq billi ngħid li llum kulħadd jaf li l-Partit Nazzjonalista ġie highjacked mir-Repubblika, Occupy Justice u Manuel Delia li huma parti waħda mal-familja Caruana Galizia. Kulħadd jaf li wieħed mit-tfal ta’ Caruana Galizia kien mexxa l-istrateġija elettorali tal-Partit Nazzjonalista fl-2017. Issa nħalli f’idejn in-nies biex jikkonkludu min qed jgħid is-sewwa.
Ghalija B.Grech huwa ‘figure head’. Il PN huwa Repubblika u fondazzjoni CG. B.Grech taht theddita qed jighder li qed imexxi,jekk ma jobdix jaghmlu iehor floku. u bil kaz ta JA, it-tnejn tilfu l-kredtu li seta kellhom