Ray Fenech Qatt ma Rċieva Frame tal-Fidda mingħand Jason Azzopardi

Issa li l-Kumissjoni tal-Etika u Dixxiplina fi ħdan il-Partit Nazzjonalista wasslet għall-konklużjoni tagħha li Jason Azzopardi għandu jingħata biss ċanfiera talli ħa rigal mingħand it-Tumas Group, ħadd ma pprova jivverfika jekk dak li qal Jason Azzopardi dwar din l-istorja hux kollu minnu jew le. Infakkar li Jason Azzopardi qal li wara li ġie lura Malta mar, xtara frame tal-fidda u dan mar bih it-Torri fejn hemm l-uffiċju ta’ Tumas Group u ħallieh mar-reception, bħala rigal lil Ray Fenech biex iħallas kull debitu li kellu miegħu.

Biss kif ħadd mill-ġurnalisti investigattivi li għandna ma mar jinvestiga jekk din l-istorja hix minnha jew le? Veru li Ray Fenech, iz-ziju ta’ Yorgen Fenech irċieva dan ir-rigal tal-fidda mingħand Jason Azzopardi? Jew din hija gidba oħra ta’ Jason Azzopardi? Kif ħadd ma staqsih lil Ray Fenech dwar dan il-fatt? Minn informazzjoni li għandi jiena, Ray Fenech, ma rċieva l-ebda rigal tal-fidda mingħand Jason Azzopardi wara li hu ġie Malta minn Tel Aviv. Ma għandix dubbju li kieku ħallih mar-reception tat-Torri dawn kienu jagħtuhulu żgur!

Jason Azzopardi seta’ jivvinta din l-istorja għaliex jaf, jew forsi aħjar, ngħidu li xi ħadd qallu, li fir-reception ma jagħtux irċevuti tal-oġġetti li jirċievu. Issa fir-reception, fejn in-nies iħallu l-affarijiet, jkun hemm ir-receptionist u wieħed jew tnejn security guards. Dan żgurissimu li ma ngħataw xejn. Dan għaliex malli dawn il-persuni jirċievu xi ħaġa jew xi ħadd iħalli xi ħaġa magħhom  għat-Tumas Group, dawn jibgħatuha mill-ewwel fl-uffiċju fuq jew kif ngħidu bil-Malti minnufih. Jekk il-persuna mit-Tumas Group, li għalih l-oġġett tkun indirizzata, ma tkunx l-uffiċju f’dak il-ħin, dawn tar-reception iċemplu mill-ewwel u jistaqsu fejn iridu dan l-oġġett jitwassal. Mela Jason Azzopardi reġa’ nqabad jigdeb. Ray Fenech qatt ma rċieva xejn minn għand Jason Azzopardi u Jason Azzopardi qatt ma ħalla xejn fir-reception tat-Torri. Dan ikompli jikkonferma kemm hu giddieb dan il-politiku tar-rule of law u good governance!

3 comments

  1. Huwa car u qed jidher sew li go din il gzira Kattolika,Indipendenti,u Republika,bir Rule of Law u Occupy Justice b’kollox jezistu zewg katigpriji ta nies.

    Ghandek ic cittadin komuni li malli jonqos ikollu jirrispondi u iwiegeb u anka ihallas tan nuqqas li ikun ghamel.Imbaghad hemm kategorija ta nies li jghamlu x’jghamlu qisu ma hu qed jigri xejn u ma jehel maghhom xejn.HEKK SEW ALLURA.IR RISPONSABILTA JERFAHA IC CITTADIN KOMUNI BISS.

  2. With a lie one can fool the conscience but not the subconscience. When I was working abroad I was faced with a difficult task. I had to judge if a person was guilty or not. A person , who was my senior, encouraged me to search for the truth, but he made it clear that The Truth has three phases…….What you want to believe…….What you want others to believe……What exists between you and God.

Leave a Reply