Il-Mewt ta’ Oliver Friggieri: Malta titlef wieħed minn Uliedha

Għadni kemm ħadt l-aħbar li miet Oliver Friggieri, persuna li kien jgħallimni l-Malti fl-Universita’ meta dħalt fl-1987. Bniedem ta’ qalb kbira u anki bniedem li mexxa t-tagħlim tal-Malti ’il quddiem. Ma għandix kliem kif niddiskrivi din it-telfa. Għalija miet ħabib, qabel kollega, poeta u kittieb. Kont nieħu gost immur inkellmu fl-Uffiċju tiegħu u nitkellem miegħu. Id-diskors kien ikun dejjem dwar Malta. Kien jinkwieta wisq għaliha. Insellimlek ħabib. U grazzi tal-ħin li dejjem sibt biex taqsam miegħi il-ħsibijiet tiegħek.

Leave a Reply