Repubblika u l-Familja Caruana Galizia tilfu l-Kredibilita’ Tagħhom
Illum, il-Malta Indipendent kellha editorjal tajjeb ħafna. Dan l-editorjal kien dwar ir-relazzjoni ta’ Jason Azzopardi ma’ l-għaqda Repubblika. L-editorjal ma qagħadx idur mal-lewża. Il-konklużjoni tiegħu kienet ċara. Bl-għażla mir-Repubblika ta’ Jason Azzopardi biex jkun l-avukat tagħhom, ir-Repubblika huwa wrew li jxaqilbu lejn klikka fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Il-kelma wżata hija bias. Dan wassal biex issa din l-għaqda tilfet kull krettu jew kredibilita’ mal-poplu Malti.
L-editorjal qal dan b’referenża għar-rigali li Jason Azzopardi ħa mingħand it-Tumas Group. L-editorjal jfakkar li r-Repubblika l-anqas biss ikkritika lil Jason Azzopardi dwar dan. Nista’ nżid li r-Repubblika wżat il-pressjoni tagħha biex il-Kumitat tal-Etika u Dixxiplina fil-Partit Nazzjonalista jeħles lil Jason Azzopardi minn kull akkuża.
Il-konklużjoni tal-editorjal tal-Malta Independent huwa dan:
By choosing Azzopardi, it (Repubblika) showed bias. By choosing not to criticise Azzopardi, it lost credibility.
Biss il-kredibilita’ ma tilfithiex l-Għaqda Repubblika. Anki jekk dan l-editorjal ma jemmihiex, il-kredibilita’ tilfitha wkoll il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia. It-tifel ta’ Daphne, Matthew, ma tella’ l-ebda post kontra dan il-fatt. Issa dan xeba’ jtella’ posts kontra l-korruzzjoni. Mela dan mhux każ ta’ korruzzjoni? Il-familja ta’ Caruana Galizia lanqas qalet kelma waħda kontra Jason Azzopardi. Anzi għadhom iżommuh bħala l-avukat tal-familja tagħhom.
Il-kredibilita’ tilifha wkoll il-Partit Nazzjonalista. Ġa kelli ċans nitkellem fuq dan. Il-konklużjoni li wasal għaliha l-Board tal-Etika u d-Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista juri fi ħdan il-partit hemm two weights and two measures. Preżunta ikla bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech wasslet għall-kriżi politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u vaganza mħallsa b’xejn mill-kumpaniji ta’ Yorgen Fenech twassal biss għal sempliċi ċanfiera.
Fuq kollox, il-kredibilita’ qed titlifha anki l-Knisja li dwaret il-media tagħha bħala d-difensuri tal-politiku korrott u l-kattoliku falz Jason Azzopardi. Illum, il-media tal-Knisja hija estenzjoni tal-Ghaqda Repubblika u Occupy Justice.