Possibilita’ li wieħed mit-tfal ta’ Daphne jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li ġejja.

Il-bieraħ, l-Esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista iddiskuta l-possibilita’ li wieħed mit-tfal ta’ Daphne Caruana Galizia jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni li ġejja. Din il-possibilita’ kienet ilha tingħad fost iċ-ċrieki ta’ Bernard Grech. Biss il-bieraħ saret aktar formali għaliex ġiet diskussa fl-Esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Dan jispjega għala din il-familja qatt ma kkritikat lil Jason Azzopardi għal fatt li ħa pjaċiri mingħand it-Tumas Group. Dan jikkonferma li dak li qed jagħmlu f’dan il-każ mhux motivat minn sens ta’ ġustizzja iżda biss minn interessi politiċi partiġġjani. Dan jispjega l-bias tal-familja Caruana Galizia fil-kritika politika li huma qed jagħmlu. Infatti kif ktibt f’blogg ieħor, waqt li Matthew Caruana Galizia huwa attiv jikkritika l-korruzzjoni tal-Gvern u l-ħbiberijia ta’ ministri mal-familja Fenech, fuq il-ħbiberijia ta’ Jason Azzopardi u r-rigali li ħa mingħand it-Tumas Group ma kiteb xejn.

One comment

Leave a Reply