Il-Ministru Scicluna ma rreżenjax minħabba Raġunijiet ta’ Saħħa

Dalgħodu tellgħajt post fejn għamilt mistoqsija jekk ir-reżenja tal-Ministru Edward Scicluna hix relatata ma’ raġunijiet ta’ saħħa jew le. Ġejt mogħti t-tweġiba u ġejt assiġurat li din ir-reżenja tal-Ministru Scicluna ma għandha x’taqsam xejn mas-saħħa tiegħu personali. Anzi ġejt assigurat ukoll li l-Ministru Scicluna huwa b’saħħtu kemm metalment u fiżalment u ser jidħol b’determinazzjoni għal dan ix-xogħol ġdid bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Ma hemmx dubju li l-istabbilta’ tal-pajjiż, inkluż is-sitwazzjoni tal-banek, hija vitali għall-ekonomija Maltija. Ninsab ċert li l-Professur Edward Scicluna  dieħel għal din l-isfida b’determinazzjoni kbira għall-ġid tal-pajjiż kollu.  Minn qalbi nawguralu.

Leave a Reply