Illum l-Erbgħa, Fr. David Muscat ser ikun miegħi fuq Xejk TV fit-8.30 pm

Ftit tal-jiem ilu, l-Arċisqof ta’ Malta, Charles Ġuda Scicluna għamel omelija waqt il-quddiesa li tfakkar lil San Ġosafat, isqof u martri. Din l-omelija saret fit-12 ta’ Novembru 2020. F’din l-omelija, l-arċisqof tkellem dwar il-martirju ta’ San Ġosafat li kien isqof li ġie miċħud min-nisel ta’ żmienu.

Fuq kollox, f’din l-omelija, l-Arċisqof Scicluna għamel referenza ukoll għall-vangelu tal-jum li kien dwar il-miġja tal-Mulej. L-arċisqof uża dan il-vangelu biex jattakka żewġ organizzazzjoni Kattoliċi. L-arċisqof qal hekk:

Xi ħaġa oħra li nixtieq naqsam magħkom fid-dawl tal-Evanġelju tal-lum hi l-fatt li l-Mulej jinsisti ħafna li l-miġja tiegħu nindunaw li waslet meta tasal. Mhux qed jgħidilna li se tasal għada jew iktar tard illum, ma nafux. Żgur li mhux se jkollna dubji fuqha u għalhekk min iwegħedna ħafna affarijiet li: ‘idħol magħna u ssalva żgur’, ‘idħol magħna u tara ’l Alla u l-Madonni’, u ħafna nies li joħolqu gruppi għax mingħalihom qed tkellimhom il-Madonna jew tkellimhom il-Qalb ta’ Ġesù – tmorrux warajhom. Agħmlu pjaċir lilkom infuskom’.

Dan id-diskors tal-arċisqof ma ġiex irrappurtat fil-media. Deher biss fuq il-website tal-kurja.

Ma hemmx dubju li meta l-arċisqof kien qed jgħid għall-Kommunita’ Ġesu’ Salvatur meta qal li ‘Ħafna nies joħolqu gruppi għax mingħalihom qed tkellimhom il-Madonna. Din hija kommunita’ li qed tagħmel ħafna ġid. Irnexxilha ġġib lura fi ħdana insara li kienu ilhom mis-sittinijiet mbegħda mill-Knisja.

Min-naħa l-oħra meta l-arċisqof ġie rrappurtat li qal lijew tkellimhom il-Qalb ta’ Ġesù’, kien qed jirreferi b’mod dirett għal Father David Muscat. Dan għaliex Fr. David Muscat qed jorganizza gruppi ta’ adorazzjoni tal-Ewkaristija b’referenza għall-Qalb ta’ Ġesu’.

Fr. David Muscat ser ikun miegħi fil-programm tiegħi ta’ kull nhar ta’ Erbgħa fuq Xejk TV li jibda fit-8.30pm. Miegħu ser nitkellem fuq l-inizzjattiva li ħa biex ikanta Te Deum fit-tlieta ta’ filgħodu wara li kien irreżenja Joseph Muscat mill-Parlament. Ser inkellmu kif iħossu huwa wara li sema’ lill-Arċisqof tiegħu jgħid lin-nies Agħmlu pjaċir lilkom infuskom u tmorrux warajh. U kif jispjega l-fatt li l-attendenza tan-nies għall-quddies tiegħu qed tiżdied kuljum u mhux tonqos. Fuq kollox ser nistaqsih jekk hux wieħed minn dawk li qed jiċħdu lill-arċisqof. Din b’referenza għal meta l-arċisqof qal fil-priedka li jħossu miċħud mis-soċjeta’ Maltija. Dawn u mistoqsijiet oħra ser ikunu diskussi fil-programm tiegħi tal-lum l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru, fuq Xejk TV li jibda fit-8.30 pm.

Leave a Reply