Il-Board tal-Etika ser jiddeċidi favur Jason Azzopardi

Il-Board tal-Etika u d-Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar iltaqa’ biex janalizza l-akkużi kontra Jason Azzopardi li ħa pjaċiri mingħand it-Tumas Group. Għal din il-laqgħa, Jason Azzopardi mar akkumpajnat minn sieħbu David Thake. F’din il-laqgħa, intalab biex wieħed mill-membri tal-Board, jiġifieri Jean Karl Soler, ma jkunx parti minnu. Il-kelma teknika hija li jirrikuża ruħu. Jean Karl Soler aċċetta u rrikuża ruħu.

Fuq kollox, nista niżvela li l-Board ser jirrakkomanda li Jason Azzopardi jiġi mogħti tbeżbiża – jew kif ngħidu warning – imma jekk toħroġ xi ħaġa ġdida, imbagħad jittieħdu miżuri aktar serji ta’ dixxiplina jittieħdu kontra tiegħu.

Fid-dawl li hemm ħafna u ħafna skelettri fil-gwardarobba ta’ Jason Azzopardi, din id-deċiżżjoni qed tkun akkumpanjata minn kampanja medjatika b’saħħitha fil-medja favur Jason Azzopardi. B‘hekk il-media qrib il-paladini tar-‘rule of law’ u ‘good governance’ ser ikunu qed ibenglu dawn l-affarijiet ħafna pjaċiri li ħa Jason Azzopardi f’dik li bl-Ingliż jissejjaħ ‘a damage control campaign’.

Infatti din il-kampanja favur Jason Azzopardi ser tkompli tikber u tissaħħaħ matul dawn il-jiem.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *