‘Materialistic well-being’

Matul ir-riċerika li qed nagħmel, iltqajt ma’ din il-kitba tá Arturo Mercieca, l-ex-Prim Imħallef li kien ġie internat mill-Ingliżi matul il-It-Tieni Gwerra Dinija għaliex kien pro-Taljan. Din il-kitba kitibha fl-1947, meta l-kwistjoni tal-lingwa u l-kultura Taljana f’Malta kienet issa spiċċat. Hu kiteb hekk:

‘Likewise our people, blinded, stupefied and rendered speechless by devastating influences, lost the faculty of gauging the real value of all the forms the essence of their life, past and present, and of their hopes and expectations for the future. There only remained extant and operative the animal instincts of self-preservation and materialistic well-being”.

Kliem profetiku għaliex mingħajr għarfien u kultura, il-poplu jispiċċa jgħix biss fi stat materjali ta’ eżistenza. Illum kważi sebgħin sena wara, l-affarijiet ma nbiddlux. Anzi marru għall-agħar, Quddiem il-waqa’ tal-istituzzjonijiet tagħna, ibda mill-qrati u spiċċa fil-Knisja, biex ma nsemmix il-partiti politiċi u l-NGOs, dak li qed ngħixu huwa biss l-istint bażiku li wieħed ifittex li jkampi. Il-ħajja tagħna llum hija mibnija, aktar minn qatt qabel, fuq dak li Arturo Mercieca tant tajjeb sejjaħ bħala ‘materialistic well-being’, bid-differenza issa, li dawk li l-aktar jiffangaw iriduha tal-qaddisin u t-twajba.

Leave a Reply