Saviour Balzan qal il-Verita’ fuq Jason Azzopardi

Saviour Balzan kiteb fil-gazzetta Illum dwar numru ta’ rigali li Jason Azzopardi rċieva mingħand numru ta’ businessmen u lukandiera magħrufa. Quddiem dawn l-istejjer fuqu, Jason Azzopardi mar fuq Facebook u kiteb dan il-messaġġ.

“Ninnota li ġie llum ippubblikat artiklu dwari minn Saviour Balzan li għandu aġenda ċara, artiklu miżgħud b’invenzjonijiet, nofs veritajiet u fatti li m’għandhom x’jaqsmu xejn bejnithom, ilkoll magħġuna f’kawlata waħda. M’iniex ser nikkummenta fuq affarijiet ta’ ħajja personali, kif kont wegħedt lili nnifsi snin ilu, ħlief biex ngħid li dak miktub illum huwa gidba u kieku kont mistoqsi qabel illum kont inwieġeb b’dan il-mod u ngħid għala. Fil-futur mhux fil-bogħod tindunaw għala dan l-attakk insensat fuqi u għala issa. Għalissa ngħid biss li ħadd u xejn m’hu ħa jaqtagħli qalbi jew isikkitni, anke jekk naf li ha jkun hemm iktar minn dawn “l-artikli” fiż-żmien qarib”.

Jien nikkonferma li dak li kiteb Saviour Balzan fuqu huwa kollu minnu. Ma fih ebda gideb u l-anqas invenzjoni jew nofs verita’ waħda. Dak li ġie ppubblikat huma fatti li ġraw tassew. Kieku Saviour Balzan qiegħed jigdeb, ibqgħu żguri li Jason Azzopardi ġa qal li ser jiftaħlu libell.

Meta jien kont tellajt blogg ta’ ftit kliem dwar ir-relazzjoni ta’ Jason Azzopardi ma’ Yorgen Fenech, ċempilli ftit minuti wara l-avukat ta’ Jason Azzopardi, Dr. Edward DeBono u heddidni b’libell. Niftakar qalli li jew inneħħih jew jiftaħ libell. Imbagħad konna qbilna li jibgħat ittra u jien tajtu l-kelma li din l-ittra ntellagħha fuq il-Facebook page tiegħi. Niftakar li Edward DeBono kien anki ċempelli biex jiċċekka jekk jien kontx tellajtha jew le. U għax ħaseb li ma kontx tellajtha reġa’ hedded li kien ser jiftaħ libell dak il-ħin stess.

Mhux ser nidħol fid-dettall dwar il-fatt li l-avukati tiegħi huma mid-Ditta ta’ Fenech and Fenech jiġifieri fejn jaħdem Edward DeBono. Immagina kieku fetaħ libell, jien kien ikolli mmur infittex law firm oħra.

Biss kieku Saviour Balzan qal gibda waħda fuq Jason Azzopardi, ibqgħu żguri li Edward DeBono ġa ċempillu biex jheddu b’libell. Ibqgħu żguri li Jason Azzopardi ġa kiteb li ser iċapċaplu libell kif ipprova jagħmel lili anki jekk jien kont qed ngħid il-verita’. Infakkar li wara li Ċensu l-Iswed għamel kumment fuq Jason Azzopardi fuq Facebook, Jason Azzopardi fetaħlu libell. Bil-mod tiegħu, Ċensu l-iswed qal lil Jason Azzopardi li huwa adulteru.

Leave a Reply