Prosit Roberta Metsola
Meta d-deputat Ewropew Roberta Metsola ġiet mistoqsija fuq il-vjaġġ imħallas ta’ Jason Azzopardi minn Tumas Group, ma qagħdetx iddur mal-lewża. Qalet ċar u tond li Jason Azzopardi għamel ħażin. Fi kliem sempliċi ma ddefenditux kif għamel l-kap attwali tal-Partit Nazzjonali, Bernard Grech jew il-klikka li tridha tal-puristi u l-verġni, bħal ma għamel David Thake. Anki jekk jien ma naqbilx magħha ideoloġikament, fuq dan il-punt, Roberta Metsola għandha raġun u ngħidilha prosit. Nieħu din l-opportunita’ biex nawgura lil Roberta Metsola wara li ġie eletta bħala viċi-president tal-Parlament Ewropew.
Forsi ma jistax jigbdilha l-ispaga.