Where your opinion counts

Joseph Muscat mhux qed Jafda lill-Pulizija u lill-uffiċju tal-Avukat Ġenerali.

Wara l-artiklu tiegħi fuq Jonathan Ferris u Jason Azzopardi, Joseph Muscat ikkostitwixxa ruħu parte ċivili fil-kawża marbuta ma’ Egrant. Jien argumentajt kontra l-fatt li Jason Azzopardi qiegħed fuq naħa mal-prosekuzzjoni u l-pulizija fil-kawża ta’ Yorgen Fenech u issa ser ikun fuq in-naħa l-oħra, mat-team tad-difiza ta’ Maria Efimova u Jonathan Ferris. Dan ifisser li issa Jason Azzopardi ser ikun kontra l-istess pulizija u l-avukat ġenerali. Dan żgur li mhux l-aħjar mod ta’ kif titħaddem ir-rule of law, meta issa ħareġ li Jason Azzopardi qed ikun jaf bl-investigazzjonijiet u l-provi tal-pulizija fil-każ ta’ Yorgen Fenech qabel ma dawn jinġibu fil-qorti, tant li l-Magistrat Rachel Montebello talbitu spjegazzjoni.

Fid-dawl ta’ dan kollu, jien ninterpreta din id-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat li jikkostitwixxi ruħu parti ċivili bħala li mhux qed jafda lill-pulizija u l-anqas l-uffiċju tal-avukat ġenerali f’dan il-każ. Din hija l-ewwel darba li ex-Prim Ministru qed jikkostitwixxi ruħu parti ċivili f’kawża kriminali. Normalment ex-Prim Ministru ma għandux għalfejn jikkostitwixxi ruħu għaliex jkun ċert li l-awtoritajiet jagħmlu xogħlhom sew.

Dak li nista’ ngħid li Joseph Muscat jrid b’saħħa kbira jassigura d-drittijiet tiegħu f’dan il-każ. Biss din l-azzjoni ma tistax ma tkunx interpretata li hu qed juri nuqqas ta’ fiduċja fil-korp tal-pulizija u l-mod ta’ kif din tmexxi l-investigazzjonijiet tagħha fejn jidħlu l-interessi ta’ Jason Azzopardi.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *