II-Board tal-Etika tal-PN Ikaxkar Saqajh

Meta faqqa l-iskandlu politiku ta’Jason Azzopardi u bdiet tintefa l-pressjoni fuqu biex issa jagħmel dak li ilu jipprietka u jirreżenja, tar-rule of law ħarġu jiddefenduh. Fi kliemhom dan hu dnub żgħir ta’ Jason Azzopardi. L-argument kien li din hija ħajja privata, dan każ ta’ ftit flus u fuq kollox, kif qalilna Bernard Grech li politiku jwettaq adulterju – huwa każ li jiġri.

Iżda dawn l-argumenti ma kkonvinċu lil ħadd. Il-‘pressure’ kompliet tikber biex il-Partit Nazzjonalista jieħu azzjoni. Ġa tħabbar li dan il-każ ser ikun mill-Board tal-Etika mwaqqaf fi ħdan l-istess Partit Nazzjonalista. Biss anki hawn jidher li hemm il-problemi. Hemm minn qed jagħmel resistenza biex dan il-kumitat ma jiltaqax. Dak li hu żgur li l-Board tal-Etika għadu l-anqas biss iltaqa’ qiesu qed jistenna li tiġri xi ħaġa ħalli xi membri partikulari jużaha bħala salvauomo għal Jason Azzopardi.

Nixtieq nistaqsi lic-Chairman ta’ dan il-board jekk hux vera li Jason Azzopardi qiegħed jagħmel pressjonijiet tiegħu biex ċertu nies, mitqiesa serji, ma jkunux preżenti fuq dan il-board? Infatti nistaqsi jekk hux veru li Jason Azzopardi qed jagħmel pressjoni fuq liema persuni għandhom ikunu preżenti meta jiltaqa’ l-board?

Fuq kollox, Jason Azzopardi qed juża l-pożizzjoni tiegħu tal-avukat tal-parti ċivili ta’ Daphne Caruana Galizia sabiex jirbaħ punti politiċi f’dan il-każ kemm man-Nazzjonalisti u anki ma’ ċertu nies fi ħdan il-board stess.    Din is-sitwazzjoni ħsara qed tagħmel lill-PN għaliex meta jkun hemm xi kawża ta’ ħaddieħor, il-Partit Nazzjonalista jippretendi li l-awtoritajiet jieħdu azzjoni mill-ewwel u bla dewmien, iżda fl-affarijiet interni tiegħu, il-Partit Nazzjonalista jiddomina t-tkaxkir tas-saqajn.

Leave a Reply