Jason Azzopardi jrid jitnejjek bil-poplu Malti

Mela meta ħarġet aħbar li Jason Azzopardi qagħad b’xejn il-Hilton ta’ Tel Aviv fl-Lulju tal-2017, Jason Azzopardi ħareġ jiġri jgħid li ser jitlob lill-Kummissarju tal-Istandards pubbliċi, George Hyzler, biex jinvestigah. Dan kien biss eżerċizzju ta’ “damage control ” min-naħa tiegħu bħal ma kien eżerċizju ta’ “damage control” mit-Times meta ħarġet l-istorja dwar il-mawra tiegħu f’Tel Aviv fl-Lulju tal-2017 u li t-Tumas Group ħallaslu l-Hotel. B’kumbinazzjoni, dan l-artiklu f’The Times fuq Jason Azzopardi f’Tel Aviv kitbu sieħbu Ivan Martin. L-istess hu eżerċizju ta’ ‘damage control’ auto-sospenzjoni ta’ Jason Azzopardi minn ħdan il-group parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.

Apparti li gideb għaliex issa ħareġ li hu mar it-tieġ Tel Aviv f’Marzu u ma jidhirx li kellu xi tieġ ieħor f’Lulju, Jason Azzopardi mar b’din l-istorja tal-mawra f’Tel Aviv għand il-Kummissarju tal-Istandards u talbu jinvestigah. Jason Azzopardi għamel hekk għax jaf li din issa saret waħda mill-iskużi u b’hekk ma hi xejn inqas minn pantomina politika.

Infakkar li Jason Azzopardi hu avukat. Din it-talba għamilha għax ġa jaf li George Hyzler ma jistax jinvestigah. Il-Kummissarju tal-Istandards jista’ jinvestiga biss każijiet li ġraw mill-2018 il quddiem. Mela kawżi ta’ qabel 2017 huma preskritti. Dawn il-mawriet ta’ Jason Azzopardi f’Tel Aviv saru qabel l-2018, jiġifieri fl-2017. Dan id-dettal Jason Azzopardi jafu sew. Infakkar, li Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk li vvota għal din il-liġi tal-Kummissarju tal-Istandards. Hu kkontribwixxa għaliha u għalhekk ma jistax iwaħħal li ma jafx jew li ma kellux x’jaqsam ma’ din il-liġi.

Hu għamel din it-talba biex iġibha li hu ried li jkun investigat biss mhux tort tiegħu li ma ġiex investigat. Il-liġi ma ppermettitx dan kollu. Għalhekk qed ngħid li din hija talba fażulla. Però moralment, xorta kiser l-etika politika. Imma il-bniedem ma għandux etika. Għandu biss ‘two weights and two measures’. Dak li jitlob u jippretendi minn ħadd ieħor ma jgħoddx għalih! Kieku jemmen f’dak li jipprietka mhux awto-sospensjoni għamel iżda rreżenja mill-parlament.

Leave a Reply