Jason Azzopardi ma jirrispondix jekk f’Marzu l-Hotel f’Tel Aviv kienetx b’xejn jew le.

Jason Azzopardi tella’ post biex jgħid li huwa mhux ser jiddiskuti l-ħajja privata tiegħu. Skont hu dik hija separata mill-ħajja pubblika. Biss nixtieq infakkar lil Jason Azzopardi li għal politiku konservattiv ma’ hemmx separazzjoni bejn il-ħajja privata u dik pubblika. Il-ħajja privata tiegħu tirrifletti dik pubblika.

Fuq kollox, Jason Azzopardi illum qed jiddefendi l-kawża ta’ Daphne Caruana Galizia. Nixtieq infakkar lil Jason Azzopardi li kienet Daphne Caruana Galizia stess li kienet kixfet d-double life tiegħu. Hija kienet tat l-aħbar li Jason Azzopardi siefer mal-ħabiba w kompliet bl-artikli dwaru wara.  Imbagħad għal xi raġuni jew oħra bidlet il-fehma u bdiet tiddefendi din id-double life tiegħu.

Fuq kollox, Jason Azzopardi issa qed jgħid li f’Marzu tal-2017, il-ħajja tiegħu matrimonjali kienet ilha li spiċċat. Mela għala baqa’ mal-mara sal-elezzjoni f’Ġunju 2017? Mela sewwa qalet is-Sinjura Marica Azzopardi Balzan li int bqajt hemm għal wiċċ in-nies. Verament hu politiku falz.

Biss hemm aktar minn hekk. Wara li meta telaq mid-dar, vera li Jason Azzopardi mar għand il-Patrijiet Franġiskani Minuri ta’ Porzjunkola House? Vera li Jason Azzopardi qalilhom biex iżommuh għandhom għax għandu ftit inkwiet mal-mara? Veru li tawh l-aqwa kamra imma l-anqas raqad lejl hemm? Mhux aħjar jgħid fejn mar jorqod?

Biss f’din l-istorja hawn affarijiet pubbliċi. Jason Azzopardi qal li f’Lulju mar tieġ f’Tel Aviv. Issa ħareġ li t-tieġ kien f”Marzu. Jiġifieri Jason Azzopardi reġa

Gideb meta qal li kellu tieġ Tel Aviv f’Lulju?

U meta kien Tel Aviv f’Marzu, il-hotel ħallasha hu jew ġiet imħallsa minn xi ħadd għalih? Din it-tweġiba Jason Azzopardi għadu ma tahiex.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *