L-Ex-Mara ta’ Jason Azzopardi ma marretx miegħu Tel Aviv

Fl-istorja tal-gazzetta Illum dwar Jason Azzopardi intqal li dan mar fi group ta’ tliet persuni f’Tel Aviv. Skont il-gazzetta Illum dawn damu ħamest ijiem, bejn id-19 u l-24 ta’ Lulju tal-2017, fil-lukanda Hilton ta’ Tel Aviv. Illum tgħid li Azzopardi kellu kollox imħallas, inkluż l-użu tal-lido għal tliet persuni u anke l-ikel, inkluż buffet mal-pool.

Dan wassal biex bdiet spekulazzjoni dwar min setgħu kienu dawn it-tliet persuni. X’uħud ta’ qalb tajba bdew jgħidu li ex-mara ta’ Jason Azzopardi kienet waħda minnhom. B’reazzjoni ta’ dan, is-sinjura Marica Azzopardi Balzan marret fuq Facebook u ħalliet dan il-messaġġ.

Għal min qiegħed jikkumentali għal dak li deher fuq il-ħarġa tat-8 ta’ Novembru 2020 tal-gazetta “Illum” niddikjara illi żewġi Dr Jason Azzopardi MP telaq mid-dar matrimonjali f’Ġunju 2017……….. jiġifieri qabel l-episodju msemmi fil-gazzetta “Illum

Dan ifisser li is-Sinjura Marica Azzopardi Balzan qed tgħid bil-pulit li hija ma kienetx f’dan il-vjaġġ għaliex dan sar wara li Jason Azzopardi telaq mid-dar matrimonjali. Hu telaq f’Ġunju u dan il-vjaġġ sar f’Lulju tal-2017. Mela wara ftit jiem li telaq mid-dar matrimonjali tiegħu, Jason Azzopardi mar Tel Aviv ma’ żewġ persuni oħra. F’dan il-kuntest ikun importanti inkunu nafu min kienu dawn il-persuni u kemm il-kmamar tħallsu b’xejn? Dawn kellhom kollha kamra kull wieħed għalihom jew kollha raqdu f’kamra waħda. Fosthom kien hemm koppja u allura ntużaw żewġ tikmamar biss? Jekk qagħdu f’aktar minn kamra waħda, kollha kienu b’xejn jew dik ta’ Jason Azzopardi biss kienet imħallsa?

F’dan il-kuntest, huwa wkoll interessanti l-kompożizzjoni ta’ dan il-grupp. Dan kien kollu magħmul minn irġiel jew kien hemm xi nisa magħhom. It-tnejn l-oħra kienu kollha nisa, jew raġel u mara? Kif raqdu dawn fil-kmamar?

Kemm ngħid li l-Hotel Hilton ta’ Tel Aviv ma għandix single rooms. Il-kmamar tagħha huma kollha double room u jekk Jason Azzopardi qagħad f’executive room, allura jista’ jkollu aktar faċilitajiet u sodod. Jimporta Jason Azzopardi jgħidilna x’tip ta’ kamra tħallsitlu fil-Hotel ta’ Tel Aviv? Kienet waħda executive?

Kemm infakkar li Jason ikkonferma li huwa ngħata kamra mit-Tumas Group. Kemm infakkar li meta ssiru dawn it-tip ta’ bookings dawn isiru fuq isem ta’ persuna waħda. Mela skont Jason Azzopardi, il-booking kien fuq ismu. Mela nkun qed ngħid sew li ż-żewġ persuni l-oħra li kien hemm miegħu, gawdew mill-Lido u l-ikel b’xejn, inkluż buffet mal-pool?

Nispera li Jason Azzopardi jerġa’ jmur fuq Facebook u jiċċara dawn il-punti kollha. Bħala politiku konservattiv u kattoliku, aktar u aktar irid joħroġ nadif minn din l-istorja kollha.

Leave a Reply