Where your opinion counts

Il-Boroż tal-Ministru Fearne

Ftit tal-jiem ilu, l-ex-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kiteb artiklu kumment iebes għall-miżuri li qed jittieħdu mill-awtoritajiet tas-Saħħa u għamilha ċarha li ma jagħmlux sens. Hu kien qed jirreferi għall-miżuri waqt funerali. Hu rrefera għar-ritratt ta’ funeral ġewwa knisja ta’ persuna li mietet bil-Covid19. F’dan ir-ritratt deħru l-bokkamorti l-libsin ilbies protettiv abjad minn rashom sa saqajhom. It-tebut kien mdawwar bil-plastik jew selofojn. Fuq it-tebut kien hemm bħal faldrappa tal-plastik u t-tebut l-anqas inġar fuq l-ispalla iżda fuq ir-roti. Fi kliemu din kienet charade għaliex il-katavru kien mqiegħed ġo borża tal-plastik apposta li minnha ma joħroġ l-ebda virus.

Naħseb li din l-istorja wasslet biex saret mistoqsija parlamentari lill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Fearne qal fil-Parlament li persuni li mietu bil-coronavirus qegħdin jitpoġġew ġo borża ssiġillata sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni. Il-ministru qal dan meta kien qed iwieġeb din il-mistoqsija tal-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia. Anzi l-mod kif qalha l-Ministru Fearne kienet tidher li qiesu kien qed jagħmel pjaċir lill-qraba ħalli jkunu jistgħu jieħdu l-għażiż tagħhom il-knisja. Il-ministru kompla jgħid li dawn il-boroż huma ‘double body bag’ u dawn jintużaw biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni jew li l-virus joħroġ minnhom. Permezz tal-użu ta’ double body bag, il-qraba jkunu jistgħu jagħmlu funeral.

Biss naħseb hemm aktar wara din l-istorja milli qed jgħid l-istess ministru. Xi tliet snin ilu, kienu inxtraw għall-Malta numru ta’ boroż ta’ dan it-tip biex jintuża għad-dfin f’każ ta’ emergenża. Kien instab li dawn il-boroż ma kienux tajbin għaliex mhux biodegradable. Bħal ma wieħed jaf, meta persuna tmut jibdew joħorġu gassijiet waqt il-proċess tad-dekompożizzjoni. Minn dawn il-boroż li kienu nxtraw, dawn il-gassijiet ma joħorġux. B’hekk kien hemm biża x’ser jiġi meta jibda dan il-proċess ta’ dekompożizzjoni. Tliet snin ilu, dawn kienu tqiesu mhux tajbin.  

Il-mistoqsija tiġi waħidha. Dawn il-boroż li qed jintużaw bħal issa huma l-istess boroż li nxtraw tliet snin ilu u nxtraw ħażna għaliex ma kienux biodegradeble?

Qed ngħid dan għaliex minħabba l-Covid19 qed jiżdiedu l-ispejjeż għall-familjari meta ma hemmx għalfejn. Issa qed jingħad li kull minn imut irid jitqiegħed f’dawn il-boroż, irrelevanti jekk imutx bil-Covid19 jew le. Jekk dan isir, f’liema interess dawn il-miżuri qed jitteħdu? Fl-interess tas-saħħa pubblika jew ta’ xi businessman li involut f’dan it-tip ta’ negozji?

Min-naħa tiegħi, jien ser nibqa’ nġib persuni fuq il-programm tiegħi ta’ kull nhar ta’ Erbgħa fit-8.30 pm fuq Xejk TV biex niddiskuti dawn u aspetti oħra marbuta marbuta mal-Covid19 u mhux biss. Inkun qed niddiskuti affarijiet li l-awtoritajiet ma’ jridux li jkunu diskussi. Niddiskuti esperjenzi ta’ nies li l-awtoritajiet iridu joħonqu l-leħen tagħhom u l-media liberali u Marxista li tagħtihom support tgħajjarni li moħħni fil-conspiracy theories’. Min irid jisma’ aktar jista’ jsegwi l-programm ta’ nhar l-erbgħa fuq Xejk TV fit-8.30 pm.  

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *