Where your opinion counts

‘Two Ways Two Measures’ mill-Kamra tal-Avukati

Wara li The Times żvelat is-suppost tixħim ta’ ġurnalista tagħha, Ivan Martin, mill-avukat Gianluca Caruana Curran, Dr. Jason Azzopardi mar jiġri fuq Facebook u talab li Dr. Gianluca Caruana Curran għandu jkun investigat mill-Kamra tal-Avukati. L-anqas leħaq tela’ l-post ta’ Dr. Jason Azzopardi li ma narawx aħbar oħra f’The Times fejn tgħidilna li l-Kamra tal-Avukati kienet ser tkun qed tinvestiga lil Dr. Gianluca Caruana Curran. Mhux ser nindaħal fix-xogħol tal-Kamra tal-Avukati. Biss din it-tempestivita’ kollha fil-qasam tal-ġustizzja, fejn kollox jimxi b’pass ta’ nemel, tħallik posittivament sorpriż.

Biss ma nistgħax ma ninnutax ukoll li meta l-Prim Ministru Robert Abela għamel akkużi serji fuq Dr. Jason Azzopardi u akkużah li dan potenzjalment kien qed jikser il-liġi u jtellef fl-investigazzjonijiet tal-pulizija, meta mar fuq l-istazzjon tal-isqfijiet is-Sibt li għadda u għamel allegazzjonijiet fuq ministru tal-Gvern, li mhux avukat, u sal-lum għadu ma qalx ismu, il-Kamra tal-Avukati ma fetħet l-ebda ‘probe’ fuq Dr. Jason Azzopardi. Infakkar li din l-akkuża wasslet għal ħafna spekulazzjoni li dan il-ministru hu Carmelo Abela. Carmelo Abela kien jaħdem bħala manager fil-Bank HSBC.

Jien nieħu gost li nfetħet ‘probe’ f’dan il-każ fuq Dr. Gianluca Caruana Curran għaliex issa ser ikun hemm investigazzjoni mill-Kamra tal-Avukati u nkunu nafu sew x’ġara u mid-deċizzjoni li tieħu, inkunu nafu wkoll jekk f’dan il-każ, saritx xi azzjoni ħażina jew le. Dak li qed nistaqsi hawn huwa xi ħaġa oħra: f’dan il-każ hemm wisq fid-deher ta’ ‘two ways two measures’ f’operat tal-ġustizzja f’Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *