Where your opinion counts

Aħjar il-ġurnalisti jinvestigaw liema negozjant qed imexxi l-kampanja kontra l-kappillan ta’ Raħal Ġdid

Il-qassis David Torpiano għamel dan il-kumment fuq il-paġna Facebook tiegħu wara li deher artiklu ieħor fil-media lokali kollu valenu kontra l-proġett tal-kafetterija fuq il-knisja ta’ Raħal Ġdid. Dan hu dak li kiteb il-qassis David Torpiano.

Imma dak li l-media f’Malta missha tinvestiga huma l-interessi ta’ min qed jagħmel din il-kampanja kontra din il-kafetterija fuq il-bejt tal-knisja ta’ Raħal Ġdid.

It-tajba hija li n-nies ta’ Raħal Ġdid iriduha l-kafetterija fuq is-saqaf tal-knisja tagħhom. Imma jidher li hemm xi businessman li hu b’saħħtu ħafna u ghandu business tal-ikel fil-pjazza u jidher li ma jridx dan il-proġett għaliex qed jarah bħala kompetizzjoni u ta’ theddida għan-negozju tiegħu.

In-nies ta’ Raħal Ġdid qed isemmu żewġ stabbiliment li qed jgħidu li għandhom interess li jmexxu din il-kampanja kontra dan il-proġett tal-knisja u s-sidien tagħhom għandhom spallithom wiesgħin. In-nies qed jgħidu li wieħed mis-sidien ta’ dawn l-istabbiliment qed imexxi din il-kampanja fil-media kontra l-kappillan ta’ Raħal Ġdid.

Huwa interessanti li l-media indipendenti tinvestiga u tara jekk din id-diċerija hix minnha jew le. Hu tajjeb li l-ġurnalisti jibdew jistaqsu lil dawk li għandhom business fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid jekk humiex favur jew kontra dan il-proġett ħalli b’hekk tibda toħroġ il-verita’.

2 thoughts on “Aħjar il-ġurnalisti jinvestigaw liema negozjant qed imexxi l-kampanja kontra l-kappillan ta’ Raħal Ġdid

  1. Zbalja fi kliemu ir-reverendu meta qal li l-pjazza nqalghet biex terga ssir mill-gdid. Missu vverifika bhalma ghamilt jien bil-Live Cam. Ix-xoghol li sar, sar fuq it-triq. Jigifieri minn fejn jghaddu l-karozzi biex iftehmu. Ma ntefqux il-miljuni bhal ma nteffqu fuq kappelli li thallew jiggarfu mill-Knisja, fuq knejjes parrokkjali mill- Gvern. Basta jsiru l-fieri, prejjem kontra l-ligi minn fuq iz-zuntieri, bazarijiet, coffee mornings bit-tombla, gabriet isejhulhom specjali. Il-batut u bahnan tghid mhux qed jinstelah Dun?

  2. Dun, persuni minn Paola gharrfuni li mhux vera li l-pjazza saret darbtejn. Qaluli li statwi tal-Gimgha l-Kbira u Rxoxtijiet saru aktar minn darba . Saqsi kemm l-istatwa ta’ Kristu Re saret. Il-batut ihallas u jerfa’ maghkom

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *