In-numru ta’ xogħlijiet mogħtija lill-persuna qrib il-prim ministru

Minn osservatur politiku

Kulħadd xortih fid-dinja. U hawn Malta speċjalment għax jekk tkun viċin persuna fl-għola awtoritajiet tal-Gvern takkwista fuq li takkwista. It-Times qaltilna li avukat viċin ħafna tal-Prim Ministru rnexxielu jakkwista ruxmata xogħolijiet mill-Gvern.

Biex persuna waħda jirnexxielha takkwista ħdax-il job mal-Gvern irid ikun altru li fortunat. Imma hawn Malta l-bażużlar mhuwiex perċessjoni imma jaħdem perfettament ma min jaqbel. Ma jistax ikun li persuna waħda, f’dan il-każ avukat, jiddobba daqstant xogħolijiet dan kollu għax huwa viċin Robert Abela.

Kemm il-ħalq għandu dan l-avukat? Lanqas tista’ tgħid ħallih igawdi la għandu r-riħ fil-qalgħa. Imma lanqas biss tagħmel sens li persuna waħda jirnexxielu jieħu ħsieb ix-xogħol rikjest mid-diversi pożizzjonijiet li huwa ngħata. Din fil-propju sens tal-kelma tissejjaħ ħniżrija. Ma hemmx kliem ieħor li bih tista’ ssejjaħ dawn l-akwisti kollha.

Ma jkunx aħjar għall-Gvern li dawn ix-xogħolijiet jinqasmu bejn diversi avukati, li mhux biss huma preparati imma huma disponibbli u b’hekk tkun qed tieħu aktar servizz professjonali u aċċentwat? Kif jista’ jkun li avukat wieħed ilaħħaq ma’ tant pożizzjonijiet li kollha jirrikjedu ċertu ammont ta’ xogħol? Kif jista’ jkun li moħħ wieħed ikun kapaċi jlaħħaq ma’ tant sitwazzjonijiet differenti fil-pajjiż?

Il-Prim Ministru u sħabu jridu jieqfu jaġevolaw lista’ qasira ta’ nies. Iridu jieqfu jkunu ta’ spalla għal nies qrib tagħhom. Ma jistax ikun li dal-pajjiż jibqa’ jitmexxa b’dan il-mod li min hu viċin tal-irjus il-kbar jirnexxielu jerda’ ħafna iktar milli jiflaħ.

2 thoughts on “In-numru ta’ xogħlijiet mogħtija lill-persuna qrib il-prim ministru

  1. Jekk inhi vera din l-istorja hija waħda tal-mistħija u kull min hu responsabbli jrid iwieġeb. Mill-Prim Ministru l-isfel kulħadd irid jirrispondi għal għemilu. Li jkollok persuna waħda li tiġi aġevolata b’dan il-mod bilfors li tqanqal suspetti serji, apparti li ma tagħmel l-ebda sens u umanament impossibli. Lanqas li kien superman ma hu possibli li jlaħħaq ma dawk l-impenji kollha!!! Il-fatt li l-persuna ndikata hija qrib tal-PM apparti s-suspetti, iddgħajjef l-awtorita’ morali tiegħu fuq il-kumplament tal-membri tal-kabinett u hija ta’ eżempju ħażin ħafna. Jekk jirriżulta li veru, kulħadd irid iwieġeb għal għemilu.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading