Where your opinion counts

Għada huwa l-aħħar ċans biex ikun magħżul il-president il-ġdid. Jekk dan ma jsirx jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu kostituzzjonali u l-ispeaker isir agent president

Il-partiti politiċi rappreżentati fil-parlament għandhom sa għada ċ-ċans biex iressqu l-mozzjoni tagħhom dwar il-persuna li jixtiequ tkun il-president il-ġdid tar-Repubblika ta’ Malta.

Normalment, bħal għada l-parlament jagħlaq għall-vaganzi tal-Għid. Imbagħad jerġa’ jiftaħ wara l-4 ta’ April. Il-president għandu sal-4 ta’ April fil-kariga. Wara din id-data jispiċċa minn president u miegħu jispiċċa wkoll il-viċi-president.

Mela, kemm il-prim ministru u l-kap tal-oppożizzjoni għandhom sa’ għada biex iressqu l-mozzjoni ta’ min jixtiequ li jkun il-president il-ġdid tar-Repubblika.

Ovvjament jekk titressaq ser ikun hemm qbil fuqha u tmur ukoll għall-vot għada stess. B’hekk jiġi elett il-president il-ġdid. Imbagħad il-president maħtur jingħata il-ġurnament mill-iSpeaker fl-4 ta’ April, jiġifieri fl-istess jum li l-president attwali joħroġ mill-kariga.

Mela għada huwa l-aħħar ċar biex iż-żewġ partiti biex jippreżentaw il-mozzjoni fil-parlament ta’ min jixtiequ li jkun il-president il-ġdid ta’ Malta.

2 thoughts on “Għada huwa l-aħħar ċans biex ikun magħżul il-president il-ġdid. Jekk dan ma jsirx jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu kostituzzjonali u l-ispeaker isir agent president

  1. Ghada issir presidenta gdida fjamanta hu skond tat-t.o.m Bomba ghax darba fost lohrajn tekelmet favur il-bicca bloker.

  2. If the media is right, the pn has decided to play the democratic game for once , and not weaponise the democratic process….. hopefully they have graduated from the Democracy Kindergarten

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *