Għal li jista’ jkun il-Prim Ministru Robert Abela qed ikun rikattat politikament minn Randolph Debattista?
F’dawn il-jiem, Rosianne Cutajar kienet fl-aħbarijiet. Imma meta s-soltu, din id-deputata tkun fl-aħbarijiet minħabba dak li jgħidu fuqha r-Repubblichini, din id-darba kienet fl-aħbarijiet minħabba dak li qal Randolph Debattista.
Fuq l-istazzjon tal-Kurja, Randolph Debattista qal li biex Rosianne Cutajar tiġi lura fil-Partit Laburista trid titlob skuża. Hawn, Debattista kien qed jitkellem bħala ċ-CEO tal-Partit Laburista. Din l-istqarrija ġiet wara li l-istess Randolph Debattista u l-partner tiegħu kienu ilhom itellgħu messaġġi fuq Facebook li kienu qed jinqraw bħala botti lill-prim ministru.
F’sitwazzjoni politika normali, meta jiġri hekk, iċ-CEO tal-Partit jintalab jirreżenja. F’dan il-każ ġara bil-maqlub. Mhux talli ma ntalabx jirreżenja talli l-istess prim ministru għamel tiegħu dak li qal Randolph Debattista. B’hekk Robert Abela spiċċa jgħid li biex Rosianne Cutajar tiġi lura fil-Partit Laburista, għandha l-ewwel titlob skuża. Dan wassal biex attivista tal-Partit Laburista, l-avukat Anna Malla ttella’ dan il-post li jgħid hekk:

Imma dak li huwa stramb huwa kif il-prim ministru jagħmel tiegħu kliem ta’ persuna li ftit ilu kien qed jagħmel stqarrijiet politiċi li f’sitwazzjoni normali, kap tal-partit jitolbu jirreżenja. Fuq kollox, dawn l-istqarrijiet ta’ Robert Abela spiċċaw boomerang politiku kontra tiegħu għaliex l-attenzjoni mxiet minn fuq Rosianne Cutajar għal fuqu bħal mal-post ta’ Jason Azzopardi u David Casa jixhdu. Huma qed jgħidu kif il-prim ministru jitlob apoloġija mingħand xi ħadd, meta hu kellu fejn jagħmel apoloġija u ma għamilhiex.

Għalhekk wieħed jikkonkludi li din l-imġieba politika tal-Prim Ministru hija stramba ħafna. Normalment imġieba bħal din isseħħ meta jkollok prim ministru li qed ikun rikattat politikament.
Hu fatt magħruf li Randolph Debattista, bħala CEO tal-Partit Laburista jaf ħafna sigrieti li jekk jinħarġu barra, jistgħu jimbarazzaw politikament lill-istess prim ministru. Fuq kollox, il-partner ta’ Randolph Debattista kellu storja kerha ta’ revenge porn u fuqha qatt ma intalbet skuża. Anki din l-istorja kienet marbuta ma’ rikatt. Għalhekk wieħed jistaqsi jekk il-prim ministru hux qed ikun irrikattat politikament. Dak li qed iseħħ fl-istorja politika bħalissa fih xamma’ ta’ rikatt.


Sena ilu…
“Rosianne Cutajar will not be allowed to contest the general election on the Labour party’s ticket, the prime minister said on Monday, excluding her possible return to the Labour fold in the future.”
https://simonmercieca.com/2023/04/03/abela-jghid-li-hadd-ma-hu-ikbar-mill-partit-imma-bli-qed-jaghmel-qed-juri-li-hu-ikbar-mill-partit-laburista/
Making a blanket statement that accuses all her colleagues of pigging out was totally unfair and insulting.
For that alone she should apologise if course she should.
This doesn’t mean she should not be given a second chance.
The party gave a second chance to Cyrus, Stagno Navarra , Dalli, and others who grew in the opposing party why should the PL treat his own differently?