Il-ħabib tar-Repubblichini fuq ir-Radio ta’ Scicluna biex jiddetta x’jiġri fil-Partit Laburista

Mela r-radju tal-isqfijiet ma kellux problema jistieden lill-abortista Randolph Debattista fuq ir-radju ħa joqgħod jitkellem. Dan hu tal-istess media li qed tgħid li ma tridx lil Norman Lowell fuq ir-radju tagħha għaliex favur l-abort. Imma li tistieden l-abortista Randolph Debattista, l-arċisqof Scicluna u l-entourage tiegħu ma għandux problema. Għaliex finalment Randolph Debattista u sieħbu Cyrus Engerer huma ħbieb tar-Repubblichini u meta tkun ħabib tar-Repubblichini, tista tkun abortista kemm trid, għaliex mhux problema għall-kurja u tistiedenek fuq ir-radju tagħha. Tant kemm mhux problema, li l-istess media tagħtik promozzjoni u ssemmi xi tkun għidt.

Wara li dan is-sit kixef u tkellem fuq Randolph Debattista u sieħbu Cyris Engerer u kif dawn kienu qed jitkellmu kontra l-Partit Laburista, kien hemm irvell fost it-tesserati laburisti. F’daqqa waħda kemm Randolph Debattista u Cyrus Engerer biddlu d-diska u qed jippruvaw jiddettaw il-kondiżjonijiet li bihom għandha tidħol Rosianne Cutajar fil-Partit Laburista. Ara huma ma jitolbux skuża li għamlu alleanza mar-Repubblichini. Ara fuq dan il-fatt, il-media tal-isqfijiet li jridu joqgħodu jiddettaw fuq il-morali tal-poplu Malti, malajr marru jagħtuh appoġġ lil Randolph Debattista!

Il-verita’ hija li ħadd ma jrid jitlifha l-pappa nkluż Randolph u Cyrus. Infakkar lil Randolph Debattista li hu daħal fil-parlament bla ma ħa vot wieħed. U issa jrid jgħid lil kulħadd x’għandu jagħmel.

Imma issa sar ben vist mill-media tal-Arċisqof Scicluna. Ovvjament, minn jaf lil Scicluna sew, jaf għala persuni bħal Randolph Debattista u Cyrus Engerer huma ben visti minni.

L-aqwa li int fil-good books tar-Repubblichini. Ara issa l-abort ma jibqax biċċerija għall-kurja tal-knisja Maltija!

L-ipokrezija fil-knisja ta’ Scicluna hija bla tmiem.

3 thoughts on “Il-ħabib tar-Repubblichini fuq ir-Radio ta’ Scicluna biex jiddetta x’jiġri fil-Partit Laburista

  1. This exercise is a masterpiece of what is termed as “ An exercise in futility “

  2. ”Randolph Debattista abortista?” Inhosni imhawad whda number one. Mella hu jew il-partner emm xi cans li johorgu tqall?.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading