Fir-rapport tal-Europol jissemmgħu erba’ ismijiet inkonnessjoni mal-qattiel ta’ Daphne Caruana Galizia u Yorgen Fenech mhux magħhom.

Dan is-sit kien ippubblika li jeżisti rapport tal-Europol li fih hemm lista ta’ nies li ġew indikati bħala potenzjalment l-assassini ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan ir-rapport kien sar mill-Europol fl-2018 u l-media taf bih imma għall-konvenjenza qatt ma tkellmet dwaru. F’dan ir-rapport l-isem ta’ Yorgen Fenech mhux imniżżel bħala wieħed mill-potenzjalment qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia. Imma l-media xorta mexxiet in-narrattiva li Yorgen Fenech huma l-mastermind ta’ dan id-delitt!

Fost l-ismijiet li tniżżlu mill-Europol bħala potenzjalment qattiela hemm ir-raġel tal-istess Daphne Caruana Galizia minħabba l-ħafna “marital infidelities” tiegħu. Dan is-sit ippubblika waħda mill-emails li bagħtet Daphne Caruana Galizia stess lil żewġha dak in-nhar li nqatlet. Ħafna qaddisin qalu li mhux sew li jien ippubblikajt waħda mill-emails anki jekk hemm aktar. Ara huma jistgħu jippubblikaw messaġġi privati fuq ħajjet in-nies anki jekk dawn l-messaġġi ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ xi reat kriminali. Dak li hu żgur li l-investigaturi tal-Europol jafu ħafna affarijiet fuq Peter Caruana Galizia biex iqiesuh wieħed mill-prime suspects fil-qtil ta’ martu.

Issa reġa’ ġie kkonfermat fil-qorti li dan ir-rapport tal-Europol jeżisti u ġie mogħti lill-maġistrat Antonio Vella fl-2018. Imma b’għaġeb tal-għeġubijiet dan ir-rapport sparixxa. Dak iż-żmien, Antonio Vella kien qed imexxi l-inkjesta fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Infakkar li talli qed nikteb fuq dawn l-oxxenitajiet li qed isiru fil-qrati tagħna ġejt imtella’ aktar minn darba l-qorti fuq disprezz u għadni sal-lum niġġieled biex nissalvaggwardja ismi. U wieħed min dawk li talbu biex jibdew jittieħdu passi kontra tiegħi għamluh maġistrat! Imma aħjar ma ngħidu xejn fuq il-ħajja privata tiegħu għaliex inkomplu nniżżlu aktar l-isfel fil-ħama l-istituzzjonijiet tal-qrati tagħna.

Infakkar li Antonio Vella ġie magħmul imħallef u meta kien imħallef inqabad jitkellem ma’ Jason Azzopardi. Infakkar li dan l-istess imħallef Vella kien qed jisma’ l-kawża tas-separazzjoni ta’ Jason Azzopardi minn ma’ martu. U dawn jgħajtu bir-rule of law!

Imbagħad hemm min għadu jemmen fil-qrati tagħna. Immaġinaw dokument bħal dan magħmul mill-pulizija internazzjonali li fih lista ta’ erba’ suspettati u jisparixxi u l-investigatur prinċipali jgħid li ma kienx jaf bih u sar jaf bih biss riċentament! Imbagħad f’din il-lista hemm l-isem tar-raġel ta’ Daphne. Infakkar li r-raġel ta’ Daphne ngħata d-dritt li jagħżel l-imħallfin u l-maġistrati biex imexxu l-kompilazzjoni u l-kawżi tiegħu u tal-Ewropa stiednuh fil-parlament Ewropew! Dawn fatti u mhux opinjonijiet.

Infakkar li l-computer ta’ Daphne wkoll sparixxa u tħalla jitkisser meta l-inkjesta kien qed jieħu ħsiebha l-istess maġistat Antonio Vella li llum hu mħallef. Dan ukoll fatt u mhux opinjoni.

Nerġa’ nfakkar fl-emails li rċeviet Daphne dwar l-infidelitajiet ta’ żewġha l-Ħadd qabel ma saret trietaq, jiġifieri f’dak il-jum li tħalliet il-karozza barra. Dwar dan il-fatt, jiġifieri għala din il-karozza tħalliet barra, binha ta aktar minn verżjoni waħda. Dawn fatti u mhux opinjonijiet.

Infakkar li kien fil-jum ta’ qabel li nqatlet li Daphne Caruana Galizia saret taf li żewġha kien qed jaqlibilha. Infakkar li l-maġistrat Vella kellu d-dmir jiġbor din l-informazzjoni kollha. Imma ma ġabarhiex u sar imħallef, u meta kien imħallef kien iltaqa’ ma’ Jason Azzopardi, il-bniedem akkużat li jagħmel leaks ta’ informazzjoni li fuqhom ikun hemm divjiti tal-qrati. Għal darba oħra, dawn fatti u mhux opinjonijiet.

Viva tal-Opus Dei!

5 thoughts on “Fir-rapport tal-Europol jissemmgħu erba’ ismijiet inkonnessjoni mal-qattiel ta’ Daphne Caruana Galizia u Yorgen Fenech mhux magħhom.

    1. Sewwa Hsibt u Tkellimt dwar il- Familja taghha DCG u ghaliex dak il- lejl ma dahlietx il- karrozza gol Garaxx, min kellu l- karrozza gewwa l Garaxx? !!!

  1. Il-fatt li Yorgen Fenech mhuhiex imsemmi fir-rapport tfisser biss li ma deher fid-data ta’ Daphne Caruana Galizia. Huwa fatt stabbilit u maghruf diga u m’hemm l-ebda misteru dwar dan il-fatt.

    Yorgen Fenech kien arrestat ghall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ferm wara li sar ir-rapport. Imbaghad talab mahfra tlett darbiet ghad-delitt. Sinjal li hat.

    1. U mghidtilna xejn uxx dwar zewga , fidil dak uxx? Hallina kwieti ,hemm x tomoghod u iz zejt jitla f wicc l ilma. Fejnu il laptop dak zgur jghidilna kollox !!

Leave a Reply to Robert paceCancel reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading