Where your opinion counts

Addio s-solidarjeta’ bejn il-ġurnalisti: l-Illum b’editorjal sħiħ kontra l-eks-ġurnalista ta’ The Times Ivan Camilleri

Ilbieraħ tellajt artiklu minn Edwin Vassallo fejn fih tkellem fuq editorjal ta’ The Times. Dan l-editorjal jieħu spunt mis-survey li għamlu tal-Eurobarometer u jitkellem kif in-nies qed jitilfu l-fiduċja fil-partiti l-kbar. Imma kif innota tajjeb Edwin Vassallo, dan is-survey wera wkoll li n-nies f’Malta ma għadx għandha fiduċja fil-media.

Issa niġi għal dan l-editorjal tal-Illum. L-Illum tikteb editorjal sħiħ kontra Ivan Camilleri. L-argument suppost huwa l-media defamation act. Fil-verita’, l-argument huwa dwar Ivan Camilleri. Ma semmiehx b’ismu imma jekk taqraha tinduna li qed jgħidu għalih. Attakk sħiħ kontra tiegħu. F’dan l-editorjal l-Illum tgħid li dan Camilleri kien xirk ma’ qattiel li qatel lil Daphne Caruana Galizia b’referenza ċara għal Yorgen Fenech. Imma agħtu ċans isir il-ġuri. Dan mhux ukoll defamazzjoni kontra persuna li l-anqas għada ma għaddietx ġuri? Lil Yorgen Fenech dawn il-ġurnali ġa għamluh ħati u kkundannaw u dan għadu l-anqas għadda ġuri!

Fuq kollox, sa fejn naf jien, l-Illum hija ta’ Saviour Balzan u meta Yorgen Fenech kien fil-glorja, Balzan kien ukoll biċċa waħda miegħu u kien jiltaqa’ jew jikkomunika miegħu!

Għalhekk, il-ġurnalisti ħadd ma għadu jeħodhom bis-serjeta’. Iridu l-protezzjoni u mbagħad jattakkaw lil xulxin u jippruvaw jsibu x-xagħar f’għajnejh ħaddieħor, meta għandhom travu f’għajnejhom!

Il-verita’ hija l-lum il-ġurnalisti jridu “closed shop” għad-dritt tal-aħbar. Fi kliem ieħor, waqt li ta’ The Times u l-Malta Today jiġġieldu bejnithom qieshom tiġieġ, imbagħad iridu monopolju sħiħ bejnithom. Hawn fejn tintuda li hemm antagoniżmu u lanżit lejn xulxin anki jekk il-media stream media, inkluż dik tal-knisja u l-oħrajn imħallsa mill-kapitalisti jew mill-Ewropa, kollha jimxu fuq l-istess aġenda, dik li tal-liberaliżmu tax-xellug.

U bħal l-liberali kollha tax-xellug, dawn jgħidu li jemmnu fil-liberta’ tal-espressjoni, imma mbagħad iriduha għalihom biss u mhux għall-ħaddieħor. Fi kliem ieħor iridu l-esklussivita’ tal-aħbar u l-formazzjoni tal-imħuħ. U għalhekk jinkitbu dawn it-tip ta’ editorjali. Huma biss għandhom dritt li jeżistu. Ħadd ieħor ma għandu l-ebda dritt li jeżisti. Għal ħaddieħor, kull ma hemm huwa biss hu l-“cancel culture”.

4 thoughts on “Addio s-solidarjeta’ bejn il-ġurnalisti: l-Illum b’editorjal sħiħ kontra l-eks-ġurnalista ta’ The Times Ivan Camilleri

  1. X hin hu gurnalizmu ? Tajjeb ghal min jaqbillu u hazina ghal min ma jkunx jaf kif jiddefendi lilu iniffsu. Kollox hekk hu min jgholliek fis sema u min jiprova jghoddsok fil hama. Il politika u gurnalizmu tal konvenjenza.

  2. Li dawn jigildi kontra xulxin mu xejn gdid. Dawn hu dawk kolla mqtuwa mil-listes pezza drapp kolla illum jew ghada iduru ghall xulxin. ezempju;- tat t.o.m hu tal-mt, tal-lovinmalta, ta-shift news, dwak tal-pneeeeee, dawk tar-repubblika. Aqraw il-blog ta camilleri hu tihdu stampa cara ta kif iduru ghall xulxin.

  3. “Il-verita’ hija l-lum il-ġurnalisti jridu “closed shop” għad-dritt tal-aħbar. Fi kliem ieħor, waqt li ta’ The Times u l-Malta Today jiġġieldu bejniethom qishom tiġieġ, imbagħad iridu monopolju sħiħ bejniethom.”

    JEEEEZZZZZZ! TALK ABOUT STRIKING THE NAIL FULLY AND STRAIGHT ON THE HEAD!!!!!!!!!!!

  4. ghax ma tismax l ahbarijiet tal BBC dalghodu, beda b’rapurtagg min PAUL CARUANA GALIZIA, mimli gideb. kif hadd ma jirrispondihom.tal misthija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *