Where your opinion counts

Illum ġurnalist tan-NET kien quddiem il-parlament jistaqsi lid-deputi jekk il-pulizija kellhiex tressaq oħrajn inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan is-sit jinsab infurmat li ġurnalist tan-NET kien qed jistaqsi lid-deputati Laburisti waqt li kienu deħlin fil-Parlament jekk kellhomx jitressqu nies oħra inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan il-ġurnalista beda jistaqsi issa li Yorgen Fenech ilu erba’ snin arrestat biex jara kif id-deputati laburisti jaħsbu jekk kellhomx jibdew proċeduri kontra persuni oħrajn fir-rigward ta’ dan id-delitt. Infakkar li l-proċess ta’ Yorgen Fenech għadu ma bediex u l-liberta’ proviżorja ma ngħatax.

Illum mhux ser nidħol fl-argument jekk kellhomx jitressqu persuni oħrajn imma meta jien kont nagħmel dawn l-argumenti, jiġifieri li kellhom ikunu u mressaq persuni oħrajn, dawk ħbieb tan-NET kienu jgħajruni merċenarju u mħallas mill-mafja. Fost dawk li għamel l-argument li jien imħallas minn Yorgen Fenech kien hemm il-qassis Fr. Joe Borg, bniedem li ma jiddejjaqx jigdeb fuq in-nies biex jilħaq l-iskopijiet tiegħu. Borg kien evita li jsemmini b’ismi imma kien qed jgħid għalija.

Issa, erba’ snin wara l-arrest ta’ Yorgen Fenech in-Nazzjonalisti qed jagħmlu l-argumenti tiegħi! It-Taljani jgħidu “antica Roma”, Dan juri kemm ma hiex kredibbli l-mainstream media u wisq anqas l-oppożizzjoni. Issa jekk kien hemm provi kontra terzi, ilhom li nqerdu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *