Bernard Grech jgħajjar lit-tifel tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar bħala wieħed mill-ġurnalisti mixtrija ta’ dan il-gvern.
Il-Ħadd, il-prim ministru kien Marsaxlokk għall-attivita’ politika. Meta kien Marsaxlokk, Robert Abela ġie intervistat minn ġurnalista li jiġi t-tifel ta’ Robert Cutajar. B’hekk missieru hu deputat Nazzjonalista u l-whip tal-grupp Nazzjonalista.
L-għada li ħarġet din l-intervista, Bernard Grech għajjat lin-nies biex imorru quddiem il-parlament ħalli jipprotestaw kontra l-gvern talli seraq fil-benefiċji soċjali. Bernard Grech tkellmet wkoll waqt din il-protesta u fiha għamel referenza għal din l-intervista, li Robert Abela ta lit-tifel ta’ Robert Cutajar. Bernard Grech ħareġ jgħajjat u jgħid li Robert Abela jixtri l-intervisti “safe”. Fi kliem ieħor, implika u qal b’mod ċar li t-tifel ta’ Robert Cutajar hu ġurnalist “safe” tal-gvern ta’ Robert Abela.
Wieħed ma jistax jgħid li Bernard Grech ma kienx jaf min għamel l-intervista lill-Prim Ministru għaliex sa ftit ilu, dan kien jaħdem ġurnalist man-NET. Fi kliem ieħor, Bernard Grech ma jistax jgħid li ma kienx jaf li dan hu t-tifel tal-whip tal-grupp parlamentari tiegħu stess.
Id-daħqa hija li meta Bernard Grech qal li dan il-gvern jixtri l-intervisti “safe” kellu lil Robert Cutajar warajh. Qed nimmaġina lil Robert Cutajar iċapċap bil-qalb lil Bernard Grench meta semgħu jgħid li ibnu huwa wieħed mill-ġurnalisti “safe” ta’ dan il-gvern u nfexx f’għajjat li dan hu gvern korrott!
Fi kliem ieħor, missier dak li għamel intervista “safe” lill-Prim Ministru kien wara l-istess Bernard Grech jipprotesta kontra l-gvern minħabba dan l-iskandlu fil-benefiċji soċjali u għaliex il-prim ministru għandu ġurnalisti “safe” meta jiġi mistoqsi dwar dan l-istess skandlu. L-anqas baqgaħlhom żejt f’wiċċhom!
Ara dwar dawn l-affarijiet, l-għaqda tal-ġurnalisti ma toħroġ l-ebda stqarrija ta’ kundanna. Skiet assolut.
U mbagħad għaliex il-poplu Malti qed jitlef il-fiduċja fil-politiċi tiegħu stess!

Igifieri das-sit huwa pur u mhux mixtri u minghajr agenda hux hekk?
Tagħilek ir-risposta dan is-sit għax ma iċċensurakx fuq li patpat fil-vojt fuqu bħal ma jgħamlu lil kittieba laburisti sitijiet oħra bħat-Times u l-Indipendent!
Jinħtieġ li dak li jintervista lil Robert Abela darb’oħra jkun Bernard Grech innifsu għax hu biss il-pur u l-intelliġenti. Possibbli li Robert Cutajar baqa’ ċass u ma qal xejn?
Bernard dalgħodu telaq biex imur fuq l-Alpi għax jeħtieġ li jċaqlaqhom.
Already done…just wonder how much Bernard Grech paid him …
https://www.facebook.com/watch/live/?ref=watch_permalink&v=176658014465716
Kullhadd korrot…. Kullhadd mixtri….sa fejn naf jien pajjizi bhall tas South America u banana republics ohra li fihom hemm korruzzjoni kbira u kullhadd mixtri kollha kemm huma mimlijin faqar taqtghu b’sikkina bi gvernijiet finanzjarjament falluti ….. dawn Il pajjizi u Il partit Nazzjonalista
Dan l-istess gurnalista kine intervista wkoll il Bernard Grech … hu kien xtrah dak in-nhar ???????
Nahseb he ha jiccaqlaq mhux il -muntanji ghax ma jiflahx jaqa aktar ghan nej u misjur !
https://www.facebook.com/watch/live/?ref=watch_permalink&v=176658014465716
https://www.facebook.com/permalink.php?story_fbid=pfbid0mGkQ4y4JEsDJyYDjUX5kmWo2D5Af4Tc7GXJxb5yojdQNSxubLj4VRS9hhy7Nqa3hl&id=100090501773846