Illum ftaħt libell kontra Mark Camilleri fuq dak li kiteb fuqi jiġifieri li jien qiegħed għas-servizz tal-mafja meta dan mhux minnu.
Is-Sibt li għadda, Mark Camilleri tella’ artiklu fejn qal ħafna affarijiet li mhux minnhom, imma dan ma jimpurtax. Imma fl-aħħar tal-artiklu qal li jien qed naħdem għall-mafja. Qal li jien qed nitħallas mill-mafja. Quddiem dawn l-insinwazzjonijiet bla bażi ftaħt libell għax dan kollu gideb minn Mark Camilleri.
Għalhekk dal-għodu, l-avukat tiegħi, William Cuschieri ippreżenta libell fil-qorti kontra Mark Camilleri. Ir-Repubblichini u sħabhom iridu jieqfu jgħajru lin-nies mafjużi jew jivvintaw qlajjiet fuqhom. Fuq kollox, f’dak li kiteb Camilleri, ma attakkax biss ir-reputazzjoni tiegħi, imma anki tal-universita’ fejn naħdem. Quddiem din is-sitwazzjoni, ma stajtx inħalli artiklu bħal dan għaddej.
