Where your opinion counts

Id-Direttur tal-Ħabs isiefer u jieħu ż-żewġ drivers tiegħu miegħu. Kull min qiegħed fi grad minn direttur ‘il fuq mal-gvern, issa qiegħed jistenna l-istess trattament

Fl-aħħar tà Marzu li għadda, id-Direttur tal-Ħabs preżenti, Christopher Siegersma, siefer fuq xogħol tal-gvern u ħa miegħu ż-żewġ drivers li għandu.

Fil-ħabs kulhadd baqa’ mistgħaġeb għax qatt ħadd, inkluż il-President tar-Repubblika u l-ministri qatt ma ħadu drivers magħhom meta jsiefru.

Issa wieħed jistenna li d-Direttur tal-Ħabs iwieġeb u jgħid fejn kienet id-destinazzjoni li marru? X’kien l-irwol taż-żewġ drivers li ħa miegħu għal din is-safra? Kemm kienet twila l-konferenza li attendew għaliha u kemm damu msiefrin? Kemm ġiet tiswa din is-safra u kemm kienu l-allowances li ngħataw lil kull persuna għal kull ġurnata?

Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela nhar Jum il-Ħaddiem li issa ser jara li l-affarijiet iridu jibdew isiru b’serjetà kbira.

Fuq kollox, wieħed jistaqsi fejnha l-media hekk imsejħa ndipendenti għaliex wara li tkeċċa Alex Dalli, kuntenti u ferħanin. Fejn huma l-allat tal-wellbeing issa?

Nistenna stqarrija tal-Ministru Byron Camilleri ħalli jispjega kif id-Direttur tal-Ħabs jista’ jieħu x-xufiera tiegħu miegħu fuq safar tax-xogħol. Għaliex kif Christopher Siegersma, bħala direttur, seta’ jagħmel hekk, kull direttur mal-gvern illum qiegħed jistenna li jkollu l-istess opportunita’.

7 thoughts on “Id-Direttur tal-Ħabs isiefer u jieħu ż-żewġ drivers tiegħu miegħu. Kull min qiegħed fi grad minn direttur ‘il fuq mal-gvern, issa qiegħed jistenna l-istess trattament

  1. Ejja araħ il-ħabs, taħseb li dieħel Trump kollu ċerimonji u skorti miegħu…. Għandu nies miegħu li għadhom deħlin il ħabs u bla esperjenza ta’ xejn. Ara nurse kif jmexxi ħabs u taffiġ li hawn u libertinaġġ kbirrrrr

  2. Inti fejn kont 3 snin ilhu, Meta S sur Dalli lahhaq Magguri bla skola, u ghal giehna gew l-ewwel u t tieni post qabel kullhadd u qas jafu jiktbu isimhom? Jew fi zmien 5 snin lahhaq fizzjala u wara holoq agreement li biex tiehu ta’ surgent trid jkollok 8 snin servizz, nimmagina tafhom dawn l-affarijiet Simon, xi tghidli fuqhom?
    Ahjar immexxi min nurse, milli min blogger iffisat u favur Dalli

  3. Int qed titkelem sur mercieca?? Bicca wahda ma dalli kont. Filli il habs tajjeb filli issa hazin ghax hemm xahhad mhux tal klikka takom ghax ma tajdx fuq il fizjali li lahhaq dalli tal qalba tijaw li hemm minom sawtu prigunieri u qatt ma hadu azzjoni fuqom ghax tal qalba. Dawk missek issemi forsi xi darba iz zejt jitla f wicc l ilma. U kemm sawtu nies tal karnagjon skur u wara spicaw jicelbraw bil birra.. ahsiba sew sur mercieca x nazjonalist.

  4. Jew fejn kont meta ghamlu festa fil prison ground u bil murtali?
    Qatt ma ghidt li wiehed mil fizzjala raqad fil prison ground wara muratli.
    Il glied u l ghira li hemm bejn il fizzjala, ma tghid xejn fuqu.
    L inmates iwaqhom ghaz xuffjet u nuqqas ta affarijiet, fejn anke l ex president kellha tidhol.
    Fuq Sur Randolph qatt ma ghidt xejn u x kien jaghmel u l allegazzjoni tal abbuzi.
    Fizzjala johorgu ma ex inmates

  5. Jien lil Dan I’d direttur qatt ma kellimtu ,Sur Simon Mercieca pero li naf zgur li huwa Ragel ta Affarijiet tieghu u serju , u qatt ma offendini bil mejtin tieghi u qatt ma Dardar lil ta madwaru u qatt
    Ma ghamel Durdell gol Habs waqt lock down u qatt ma indaq innu Politiiku
    U qatt ma gab IL habs kazien Politiiku u qatt ma kien poggut ma xi officjala u qatt ma ghamel klikka tieghi ,u qatt ma qassam is staff u qatt ma ghalli jien lilek ingiblek titkellem wahdek taf ghalix Sur Simon Mercieca ghax Politikalment ma naqblux , Dan u Alex Dalli li int tixxarab ghalih ..

  6. Simon Mercieca
    Staqsi lil Dalli Alex Dwar IL kuntratt ta security cameras kemm jiswa u staqsih ukoll kif iffirmah
    Rigward IL maintenance u kemm flus jithales ta kull darba li tithassar camera wahda u dwar IL kuntratt ta ikel ta l’ inmates ,
    Dawn l’Affarijiet nistidnek tistaqsi Sur Mercieca
    Lil siehbek Alex Dalli ..

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *