Where your opinion counts

Il-Moviment Azzjoni Soċjali jgħid li r-rebħa ta’ Adrian Delia “hija rebħa netta tas-sewwa kontra l-ħażen fil-ħajja pubblika”

Il-Moviment Azzjoni Soċjali ħareġ stqarrija rigward il-kwistjoni tal-isptarijiet u l-kumpanija Stewards/Vitals u r-rebħa tal-Onor. Dr. Adrian Delia kontra l-kumpanija Vitals-Steward. F’dan il-kuntest, il-Moviment Azzjoni Soċjali esprima erba’ punti li huma:

I. Din hija rebħa netta tas-sewwa kontra l-ħażen fil-ħajja pubblika, b’konferma wkoll mill-Gvern Laburista li saħansitra għandu x-xewqa li jnaqqas it-terminu tal-appell biex juri kemm, fil-verità, wera li m’għandu l-ebda possibiltà u l-ebda interess li jiddefendi ruħu f’din il-kawża;

II. Dan il-każ huwa ta’ għajb għall-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba kollha, u wieħed għandu jistenna li la l-Gvern u l-ebda partit politiku jew forza soċjali oħra, ma jnaqsu b’xi mod il-gravità tas-sitwazzjoni;

III. Is-servizz tas-saħħa pubblika tagħna kien u għandu jibqa’ tal-għola livell possibbli, però fil-kontroll effettiv tal-istat, b’responsabbiltà politika ċara lejn il-Maltin u l-Għawdxin, il-privat ma għandu jkun qatt dominanti fil-provvista bażika li għandha tkun tal-għola kwalità;

IV. Finalment, irridu naraw: (i) li kull min hu responsabbli jaffaċċja l-ġustizzja skont il-liġi; (ii) li l-ħajja pubblika tagħna terġa’ tingħata fiduċja permezz tal-integrità u l-onesà ta’ dawk kollha involuti, li għandha tiddomina fuq it-tornakont personali u raġunijiet ta’ profitt barra minn lokhom; (iii) li l-kriterji għall-ħajja pubblika xierqa jitjiebu u jogħlew fis-sewwa; (iv) li dan kollu jwassal għal konċiljazzjoni nazzjonali bbażat fuq is-sewwa, temmet tgħid l-istqarrija tal-Moviment Azzjoni Soċjali.

6 thoughts on “Il-Moviment Azzjoni Soċjali jgħid li r-rebħa ta’ Adrian Delia “hija rebħa netta tas-sewwa kontra l-ħażen fil-ħajja pubblika”

  1. Il-MAS ilhom jezistu mhux hazin. M’inhix cert jekk qattx esprimew ruhhom fuq stejjer ohra fuq kif kienu jittiehdu d-decizjonijiet ghax-xiri tal-HFO u dwar il-proklama dwar dan il-kaz li ilu jkarkar ma nafx kemm. Jekk qattx esprimew ruhhom dawar il-fatt li €200,000 allegatament sparixxew fil-process ta’ Mater Dei u l-fatt li gie pprovdut konkos inferjuri u li sesta’ wasal ghal-tragedja. Fuq il-fatt li kien hemm mahsub minn qabel tfarfira ta’ responsabilita’’‘(waiver) lill-Skanska. Lanqas jien cert ukoll jekk li xi hadd mill-PN passat, u prezenti qattx ippronunzja ruhu dwar dawn. Il-hazin jibqa’ hazin dejjem mhux skont minn ikun fil-gvern u j’Alla li min iwettqu jiehu dak li haqqu. Imma ma jistax ikollok kredibilita’ jekk f’kazi taghzel li tibqa’ kwiet u f’ohra taghzel li tittkellem. L-iskop ma jkunx il-verita’ imma l-konvenjenza politika partiggjana.

    1. Ghandek ragun Pawl ghax kif tela l-gvern laburista u harget ix-xemx infethet kawza mill-partit laburista u li sentenza taghha qed int u diehel fil-kwartieri laburista u hemm 4 exMinistri tal-PN il-habs

  2. Illum minn huma dawn tal-Moviment Azzjoni Socjali, dawn qatt ma tkellmu u issa ghogobom jqumu,. Jaqq, x’ipokrezija ta nies jezizti f’Malta

  3. Il-gwu ilha GHAXAR SNIN RIEQDA, tibqa’ rieqda sakemm il-partit lejborista korrott u frodist imur fl-oppozizzjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *