Where your opinion counts

The Times teħodha kontra Bernard Grech minħabba li issa ħareġ kontra l-abort

Minn partitarju anzjan tal-Partit Nazzjonalista

L-editorjal ta’ The Times tal-lum 2 ta Dicembru kien attakk dirett fuq il-kredibilita’ tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Bernard Grech. Hu ċar li The Times issa tinsab skomda b’Bernard Grech. Infatti, The Times sabu l-opportunita’ biex jattakkawh wara li tkellem fil-Parlament kontra l-abort. Hu tkellem fuq il-każ Prudente, li jidher ċar li The Times ser tingħaqad mal-Partit Laburista biex tissapportja lil din il-mara u tpenġiha bħala xi Maria Goretti.

Hu ċar li The Times fetħet il-kanuni u issa qed tipprova ċċekken lil Dr Bernard Grech. Hu ċar li dawk li tellgħuh bħala kap, mhux komdi b’dak li qal Grech fuq l-abort u fuq il-każ Prudente. Hu ċar li dak li qal Bernard Grech tqies bħala li mar kontra l-ideologija ta’ min poġġieh hemm.

Ta’ min wieħed ifakkar lil The Times kienu fuq ta’ quddiem, mal-media Liberali u media ohra suppost indipendenti u ħadmu kemm felħu bil-manuvri malizzjużi tagħhom biex itajru lil Adrian Delia minn kap tal-Partit Nazzjonalista.

Issa qed joħroġ ċar li din kienet ħadma għaliex Dr Adrian Delia kien skomdu għalihom minħabba li hu kontra l-abort.

Infakkar li The Times kienet għamlet kampanja sħiħa favur Bernard Grech biex dan seta’ jilħaq kap. Sa kienu jgħidu li Bernard Grech huwa l-persuna li ser jerġa’ jagħmel lill Partit Nazzjonalista rebbieħ.

Imma bħal ma jgħid il-qawl Malti – min xarrbu qed jieklu l-bakkaljaw.

2 thoughts on “The Times teħodha kontra Bernard Grech minħabba li issa ħareġ kontra l-abort

  1. Jiddispiacini nghid li Il paroli Tal pn u Bernard u Il knisja u ghaqdiet ohra Tal qaddisin insara bil biljett ghall genna fil but …kollha jitbaqbqu kontra l’abort , kollu fil vojt …. ghax la Malta qeda fl Ewropa, l’abort irid jidhol BILFORS illum jew ghada , jilbsu kemm jilbsu maskri

  2. ”Il-biljett ghal genna” Dak il-biljett kienu akwestawh mand dik tar rabat ghax xita jew xemx kiniet id-dur thabat bieb bieb biex dbelhom biljett. propjament kienu jibukjaw post fil-qabar ta-kristu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *