Where your opinion counts

Għandu l-prinċipju ta’ Clare’s Law jiddaħħal anki fuq issue ta’ HIV, abort u transesswalita’?

Minn qarrej ta’ dan il-blogg

Il-qtil ta’ Bernice Cassar ġab diskussjoni nazzjonali fuq il-vjolenza domestika f’pajjiżna. Issa jidher li wara dan il-qtil ser tiddaħħal f’Malta dik li fir-Renju Unit jissejjaħ bħala Clare’s Law. Kien il-Ministru Byron Camilleri li qal li ser iddaħħal reġistru għal dawk li jinstabu ħatja fuq vjolenza domestika. Hu ċar li Camilleri qiegħed jispira ruħu minn din il-leġislazzjoni Ingliża.

Clare’s law hija skema fejn persuna tista’ titlob informazzjoni fuq persuna oħra dwar vjolenza domestika. Din hija magħrufa bħala ‘dritt li tistaqsi’. Imma f’din l-iskema, il-pulizija tista anki tagħti informazzjoni lill-pubbliku f’dik li tissejjaħ ‘dritt li tkun taf’. Infatti din l-iskema tissejjaħ bħala Domestic Violence Disclosure Scheme. Fi kliem ieħor, il-pulizija tkun tista’ tagħti informazzjoni dwar l-istorja ta’ abbuż ta’ persuna u din l-istorja ma tkunx koperta b’data protection.  Dan hu l-iskop wara dan r-reġistru għal min jinstab ħati ta’ Vjolenza Domestika.

Imma fuq l-istess prinċipju, jiġifieri d-dritt li persuna tistaqsi u d-dritt li persuna tkun taf, individwi għandhom jingħataw informazzjoni u dritt li jkunu jafu jekk qegħdin f’relazzjoni ma’ xi ħadd u l-parti oħra

  1. hijiex jew huwiex HIV+ jew għandhom mard ieħor ta’ natura sesswali.

Nemmen li huwa reat li tmarrad lil xi ħadd bil-virus qerriedi tal-AIDs jew xi mard ieħor.  Mela fuq l-istess prinċipju li semma l-Ministru Camilleri, għaliex m’għandix persuna tkun taf min qabel jekk bi ħsiebha tkun attiva sesswalment ma’ xi persuna oħra, jekk din il-persuna hix infettata b’dan il-virus? Qed ngħid dan fil-każ li l-persuna l-oħra taħbi din l-istorja.

2. jekk persuna ikommettitx abort.

Fuq l-istess prinċipju ta’ dritt li tistaqsi u dritt li tkun taf, nemmen li persuna għandha d-dritt tkun taf jekk persuna għamiltx abort fl-imgħoddi jew le.  U fuq kollox, jekk persuna tkun qed toħroġ ma’ xi ħadd u dik il-persuna għamlet abort minn wara dahar il-partner tagħna, il-partner għandu dritt ikun jaf. M’għandiex persuna tkun taf jekk ġietx ingannata mis-sieħba tagħha u ċaħditu minn tarbija potenzjalment tiegħu?

3. għamilx jew għamlitx xi sex change.

Ma għandhiex persuna d-dritt tkun taf jekk persuna oħra li qegħdha magħha hix verament mara jew le? Sal-lum din tolqot l-aktar lill-irġiel milli lin-nisa, fis-sens li jekk mara tagħmel sex change biex issir raġel, f’relazzjoni sesswali tkun tidher li mhix raġel.  Min-naħa l-oħra, l-operazzjonijiet biex raġel isir mara huma aktar avvanzati u b’hekk raġel aktar faċli jgħaddi ta’ mara meta bioloġikament ma hux, peress li jkun biddel il-ġenetali tiegħu. Aktar ma jmorru ‘l quddiem l-avvanzi kontinwi fix-xjenza, aktar qed noqorbu lejn riżultati kważi perfetti fejn maż-żmien mhux se jkun għadu l-każ li wieħed jinduna jew jagħraf persuna transesswali. Waqt li ħadd ma għandu jċaħħad id-dritt ta’ dawn it-transesswali, għandu persuna li mhux transesswali jkun jaf – qabel ma jidħol f’relazzjoni – li qiegħed ma’ persuna transesswali?

Għalhekk bil-mod li l-gvern qiegħed jirreaġixxi għall-kriżijiet li hu stess qed joħloq huwa billi qed jiftaħ beraħ il-kaxxa ta’ pandora u fl-istess waqt qed joħloq preċedenti koroh.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *