L-Arċisqof Scicluna jarmi lil Fr. Luke Seguna

Minn qarrej ta’ dan il-blog.

Il-kurja ma qalietx ilbieraħ li mhux ser tikkummenta fuq il-każ ta’ Fr Luke Seguna? Ma qalietx biex persuna għandha tibqa’ mittieqsa bħala innoċenti sakemm tinsab ħatja? Mela kif Mons Charles Scicluna tkellem fuq dan il-każ? Daqshekk saret tiswa l-kelma tiegħu? B’hekk irid jiddefendi il-Knisja, billi jitfa’ l- ħatab ħalli jagħti in-nar il-media liberali?

Illum jidher ċar, aktar minn qatt qabel, li Scicluna jinteressah biss mill-liberali u l-woke, u mhux mill-qassisin tiegħu. L-Arċisqof Scicluna rama lil Fr. Luke Seguna la darba l-liberali ġa kkundannawh. Infakkar li hawn qed nitkellmu fuq każijiet li allegatament imorru lura għaxar snin. Allura possibli l-arċisqof ma kienx jaf bihom meta appuntah kappillan ta’ Marsaxlokk? Spiċċa jappunta kappillan li ġa kien abbuża fil-ministeru tiegħu?

Dan hu arċisqof tal-liberali u l-woke.

Sliem

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *