Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta jtella’ blog biex jistaqsi għala l-President tar-Repubblika għadu ma ffirmax l-emendi għal-liġi tal-IVF?

F’dan il-video qasir, id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tal-Mosta qed jgħid li l-emendi approvati mill-Parlament dwar il-liġi tal-IVF ġa nbagħtu għand il-President biex jiffirmahom iżda l-eċċellenza tiegħu għadu ma ffirmahomx. Normalment il-President jiffirma l-liġijiet fi ftit jiem wara li rċievihom. Imma skont Ivan Bartolo, il-President tar-Repubblika ilu li rċievihom u għadu ma ffirmahomx. Jekk din l-istorja hija minnha, din tkompli tikkonferma kemm kellu raġun dan is-sit li tkellem kif tkellem fuq din il-liġi u kemm hija ħażina l-istrateġija politika li qed jaddotta Bernard Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *