Where your opinion counts

X’ma jurix s-seba’ tan-nofs lill-ġurnalisti Abner Aquilina meta wieħed minn sħabhom abbużah sesswalment!

Meta Abner Aquilina ttella’ l-qorti, il-media rrappurtat li Abner Aquilina urihom is-sebgħa tan-nofs. Dan l-att ġie interpret bħala wieħed ta’ sfida lejn il-ġurnalisti. Meta jintuża dan is-simbolu jfisser li persuna qed tgħid lill-persuna li lejha qed ikun magħmul dan is-simbolu biex tmur teħdu f’sormha.

Dan is-simbolu nsibuh ġa użat ħafna sekli ilu. Għandna referenzi għalih fid-dokumentati qodma. L-istoriku Ingliż, Peter Burke jagħmel referenza għalih bħala li kien qed ikun użat fl-Italja fis-seklu sittax. L-użu tiegħu beda fost l-irġiel. Jiġifieri raġel kien jagħmel użu minn dan is-simbolu biex juri lir-raġel ieħor li hu omosesswali. Fi kliem ieħor kien qed jgħidlu li qed jieħdu wara. Illum dan is-simbolu sar universali. Anki in-nisa illum qed jagħmlu użu minnu mhux biss billi juruh lejn l-irġiel imma anki lejn persuni tas-sess femminili.

Il-mod kif jitqiegħed is-seba’ huwa wieħed li juri l-organu maskali f’erezzjoni sesswali.

Fil-kuntest ta’ dak li ġara, Abner Aquilina kien qed joffendi lill-ġurnalisti jew kien qed jgħidilhom ukoll li wieħed minn sħabhom issodomizzah?

Altru milli mhux importanti dan il-fatt li dan l-akkużat, meta kien taħt l-eta’, ġie abbużat minn raġel ħafna ikbar minnu!

Abner Aquilina wera subgħajh il-kbir lill-ġurnalista aktar minn darba. Għalija din ma kienx azzjoni ta’ sfida lejn il-ġurnalisti jew kien qed jibgħathom jitnejku imma kien qed jagħtihom messaġġ: anki fosthom kien hemm min hu perfidu u korrott li jħobb imur mat-tfal jew adoloxxenti kif fil-fatt ġara lilu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *