Where your opinion counts

L-arċisqof Scicluna jrid jispjega għala l-knisja trid tibni dar bil-pool

The Times of Malta tagħtina l-aħbar li l-Knisja talbet biex tibdel binja mitluqa f’żona l-barra mill-iżvilupp ġewwa r-Rabat f’dar bi tliet tikmamar tas-sodda u bis-swimming pool. Din it-talba saret mill-amministratur tal-propjeta’ tal-knisja. F’din l-applikazzjoni, tal-amministratur tal-propjeta’ tal-Knisja talab ukoll biex jagħmel xi tibdil strutturali intern f’din l-propjeta’ li tinsab fiż-żona protetta. Għalkemm l-awtorita’ konċernata (ERA) ma sabet l-ebda oġġezzjoni li post bħal dan jiġi riabilitat, din it-talba għall-iżvilupp bl-interventi indikati joħolqu tħassib ambjentali qawwi għal din l-awtorita’. Din l-awtorita għamlet elenku ta’ oġġezzjonijiet fuq it-talba tal-amministratur tal-Knisja. Ma hemmx dubju li dawn l-oġġezzjonijiet qed tagħmilhom għax din hija dar li qed tkun żviluppa mill-Knisja. Kien hemm applikazzjonijiet ħafna agħar u l-ERA baqgħet siekta.

Imma apparti dan kollu, wieħed irid jasal biex jifhem kif il-Knisja qed titlob biex tibni dar bi tliet ikmamar tas-sodda mingħajr ma indikat x’użu se tagħmel minn din l-istess binja. Tgħorkok ukoll l-għajn għax talba bħal din ġejja mill-Knisja li ma ddejqet xejn titlob biex tibni pool fuq art barra miż-żona tal-iżvilupp anki jekk qed tibnih fuq ġiebja li ġa teżisti. Żgur li din mhix il-Knisja tal-faqar li jrid il-Papa Franġisku. Il-problema hawn mhix ambjentali imma waħda ta’ xhieda reliġjuża.

Infakkar dwar l-iskandlu li kien qam meta ftit tas-snin ilu kienu nxtraw appartamenti lussużi għall-kardinali ġewwa Ruma u fost l-faċilita’ li kien hemm fihom, kellhom dik li kienet definita’ bħala “gay sauna”.

Ta’ min jirrimarka li l-Knisja Maltija mhux l-ewwel darba li ppridkat fuq atti magħmulin minn terzi fuq dan l-istess suġġett u kienet kontra żviluppi simili. Kulħadd jiftakar it-tweet tal-arċisqof dwar Priapus.

B’hekk, il-Knisja trid tagħti l-eżempju fit-talbiet tagħha. Kif qal Kristu, il-Knisja trid tkun xhieda ta’ għemilha. Ma tista’ tipponta subgħajja lejn azzjonijiet ta’ ħaddieħor u toġġezzjona għal xi żvilupp u mbagħad hija stess qed tagħmel l-istess u xi drabi agħar. Ma tistax il-Knisja f’Malta tippriedka x’għandu jsir fil-pajjiż u xi drabi wkoll tippontifika x’għandu jagħmel ħaddieħor imbagħad hija tispiċċa qed tagħmel applikazzjoni ħalli żviluppa dar lussuża f’żona rurali. Dak li hu żgur li l-Knisja Maltija reġgħet żelqet fin-niexef wara min jaf kemm-il darba ġibdet l-attenzjoni għal xi oġġezzjonijiet għal xi bini.

F’sitwazzjoni bħal din hu mistenni l-intervent tal-mexxejja tal-knisja. Nistennew li jitkellem l-arċisqof u jgħidilna dwar din it-talba. Ma jistax jkun li l-arċisqof ma kienx jaf biha. Din hija talba ta’ żvilupp fuq art li kienet litteralment tappartjeni l-isqfijiet ta’ Malta. Żgur li din it-talba titlob eżami tal-kuxjenza kbira mill-arċisqof għaliex ma jistax ikun li jħalli applikazzjonijiet ta’ din ix-xorta għaddejjin.

L-arċisqof irid jikkontempla sew il-pożizzjoni tiegħu għaliex qed jagħmel żball wara ieħor. Il-pożizzjoni tiegħu spiċċat waħda ta’ mistħija għall-Knisja f’Malta.

https://timesofmalta.com/articles/view/church-seeks-develop-house-pool-instead-derelict-building-odz.931288#Echobox=1643707695

One thought on “L-arċisqof Scicluna jrid jispjega għala l-knisja trid tibni dar bil-pool

  1. Isqof qed jikompeti ma zvilupaturi kbar. Lis skandlu ta artijiet gewwa Ghawdex, Skandlu iehor ta artijiet gewwa il Gharghur u issa villa lussuza bil pool go ODZ… mhux dejnu tal pozizjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *