Where your opinion counts

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jikkonsidera li joħroġ fuq il-ħames minflok is-sitt distrett

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Prim Ministru Robert Abela qed jikkonsidera li joħroġ fuq il-ħames distrett u ma jibqax kandidat fuq is-sitt distrett.

Il-Prim Ministru normalment joħroġ fuq żewġ distretti. Fl-aħħar elezzjoni Robert Abela ħareġ fuq is-sitt distrett li jinkludi lil Ħal Qormi, raħal twelidu u anki lill Ħaż-Żebbuġ. Meta leħaq Prim Ministru, hu ħabbar li kien ser joħroġ fuq it-tieni distrett li jinkludi lill-Kottonera u lil Ħaż-Żabbar. Mela fuq dan id-distrett ġa hemm commitment.

Dak li hu ta’ sorpriża huwa li ser iwaqqa’ is-sitt distrett biex joħroġ fuq il-Ħamsa, li hu d-distrett li jinkludi liż-Żurrieq u lill-Birżebbuġa fost l-oħrajn, minbarra Ħal Safi, il-Qrendi, l-Imqabba u Ħal Kirkop.  Infakkar li fuq dan id-distrett ħiereġ Bernard Grech. Mela għal darba oħra fl-istorja ser ikollna kap ta’ Oppożizzjoni u Prim Ministru ħerġin fuq l-istess distrett elettorali.

Din il-mossa urtat ħafna lil Miriam Dalli li kienet mitqiesha l-kandidata naturali tal-Partit Laburista fuq dan id-distrett.

Imma l-għażla għala l-Prim Ministru ser iwaqqa’ s-sitt distrett trid tinftiehem f’dak li ġa ġie rrappurtat f’dan il-blog. Il-Prim Ministru qed jibża’ li Chris Fearne jgħaddih fin-numru ta’ voti.

Dak li dan is-sit jista’ jgħid li hemm tgergir fuq id-distrett ta’ Ħal Qormi kontra l-Prim Ministru. In-nies tad-distrett qed igergru li l-Prim Ministru, bħala deputat elett mid-distrett tagħhom mhux qed jiltaqa’ man-nies. L-uffiċju tiegħu politiku f’dan id-distrett qatt ma hu qed ikun miftuħ. Saħansitra kien hemm partitarji tiegħu li kitbulu u għax dak li qalulu ma daqqx għall-widnejh ibblukkjahom. Fi kliem ieħor hemm grudge kontra tiegħu fost il-partitarji u din tista’ taffettwa l-andament tiegħu mal-elettorat tad-distrett li ħiereġ fuqu.

Fuq kollox, din id-deċiżjoni li jibdel id-distrett qed ikollha anki konsegwenzi politiċi, fis-sens, li mhux b’kumbinazzjoni li l-laqgħa li ser issir il-Ħadd li ġej sejra ssir ġewwa l-Imqabba!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *