Where your opinion counts

Aktar reazzjonijiet dwar it-taxxa mhux imħallsa mill-familja Caruana Galizia

Wara li s-Sibt tellajt blog dwar l-istorja tal-evazzjoni tat-taxxa mill-familja Caruana Galizia, kienu ħafna dawk li kkummentaw. Qed inġib kumment li rċevejtu privatament li jiġbor fih il-kummenti kollha li saru dwar din l-istorja fuq Facebook.

Bongu dott!

Mistoqsija forsi bażwija imma xi ħaġa li ma nistax nifhem… bħala gvern hu min hu, peress li jkun qed jaħdem bi flus il-popli, xi dritt jkollu li jagħmel exemption jew inaqqas it-taxxi ta’ nies individwali? Din mhux xi ħaġa ta’ budget jew manifest li telllgħuh in-nies bih… Tajjeb mela. Ikollok impjieg żgħir jħallik taqdef għal rasek imbagħad tkun tiġi taqa’ w tqum mit-taxxi tkabbar in-negozju sew u jkollok xi 40 miljun dejn bħal taċ-Ċaqnu kollox jibqa’ qiesu xejn mhu xejn anzi ninċentivawh biex nippremjawh tal-ħażin li għamel biex dawk id-djun jitnaqqsu malajr…. U issa din ta’ Daphne Caruana Galizia tajjeb ukoll.

Ikollok mitt elf loan fuq post jaqlgħulek kull m’għandek biex tħallas kollox u fil-ħin u dan jaħfirhom… possibli din hija legali? Għax kieku hekk 90% tan-nies ma jħallsux taxxi, jew li liġi hemm biss għal min hu żgħir?

2 thoughts on “Aktar reazzjonijiet dwar it-taxxa mhux imħallsa mill-familja Caruana Galizia

  1. Mela hekk sew, ahna kellna nhalsu kwazi id dopju tal ammont dovut f’ taxxi ta succesjoni u dan ghax ma stajniex inhalsu qabel minhabba problemi fil familja. U dawn jinhafrulhom milljuni jew eluf kbar ghax baqghu ma halsux.
    Nahseb dan kaz li ghandu jkun hemm wiehed mil-membri parlamentari li jiftah kawza biex dan (is-serq) ma jsehx u jsir gustizja ma kulhadd.

Leave a Reply to Ugwaljanza Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *