Where your opinion counts

Jekk il-Prim Ministru jkompli jimxi kif qed mal-familja Caruana Galizia mhux ser jibqa’ popolari

Blog post minn osservatur politiku

Grazzi tal-informazzjoni Dr Mercieca. Kemm qiegħdin sewwa!! Anke mit-taxxa nipprovaw nakkwistaw. Varist Bartola kellu mitt elf raġun għax il-Partit tiegħu ġab lill-Malta mixja fuq żewġ binarji differenti f’ħafna affarijiet. Verament hemm liġi għall-annimali u oħra għall-bnedmin. Jien sa l-inqas ċenteżmu kelli nħallas u kien inutli li għamilt oġġezzjoni għal mod kif inħadem il-kont.

Meta naqra dawn l-affarijiet nifferoċja bħal ma jirrabjaw dawk kollha li ma ħadux raġun fid-disgwid li seta’ kellhom mad-dipartiment tat-taxxa jew tal-VAT. Bla ma trid jibdew ġejjien ċertu mistoqsijiet. Jaqaw din il-familja libsu xi ilbies differenti minn ta’ ħaddieħor għax kollox żewġ qed iġibu? Jaqaw mid-diskussjonijiet li suppost għandhom mal-Gvern, dawn qed jakkwistaw kollox? Kull min kellu ġenitur li kellu kontijiet pendenti mat-taxxa wiret dak ukoll ma’ mewtu, allura kif għal oħrajn sa l-inqas ċenteżmu u ma’ din il-familja partikulari kważi maħfra assoluta? Mhux kontijiet bħal ma rċevejna aħna rċevew dawn?

Din hija mossa li se tirrabja ħafna nies, kemm dawk Nazzjonalisti kif ukoll dawk Laburisti. Veru li l-Partit Laburista għandu vantaġġ elettorali komdu imma ma jistax joqgħod jitkessaħ ħafna għax malajr isib kappel jiġih.

Mela wara li tajna din l-amnestija li gawdiet minnha din il-familja issa dalwaqt nisimgħu tfaqqa’ l-kumpens li qed jinnegozjaw mal-Gvern minħabba l-isfortuna tal-qtil ta’ ommhom. Il-Prim Ministru jrid joqgħod attent mid-deċizzjoni li se jieħu għax ma tantx se jibqa’ wisq popolari man-nies tiegħu stess. Ħalli nislet kumment magħmul minn Laburist ferventi li nkiteb wara l-artiklu li tana Dr Mercieca fuq din l-aħbar. Dan qal li

The Party I have always supported is going down the drain thank you for nothing PL”.

Dan u ħafna kummenti oħra bħal dan huma ġejjien minn sħabna Laburisti li qed iħossuhom urtati għal din l-aġevolazzjoni mogħtija lil din il-familja. Aħseb u ara x’se jiġri kif tixxandar is-somma li qed tiġi diskussa mal-familja bħala kumpens?!

Hawn il-Gvern u l-awtoritajiet konċernati qed jibagħtu messaġġ perikoluż ħafna. Hawn qed jgħidu li dawk li jevadu jew jistgħu ma jħallsux it-taxxa jagħmlu sew. Hawn qed jinftieħem li l-Gvern meta ħadem il-kompjutazzjoni tal-kontijiet kollha, ġie jitmellaħ u naqqas mhux biss l-ammont tat-taxxi imma ħelsilhom ukoll dak li suppost jakkumula minn multi u interessi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *