Where your opinion counts

L-ex-Ministru Nazzjonalista Michael Falzon jgħid tiegħu dwar il-kap tal-Partit Nazzjonalista

Blog post minn osservatur politiku

Dikjarazzjoni skjetta minn Michael Falzon, ex-Ministru mill-kamp Nazzjonalista, turi li l-Partit Nazzjonalista u l-kap tiegħu veru għaddejjin minn żmien diffiċli u turbolenti. Falzon qal li l-Partit Nazzjonalista għadu ma sabx il-kap li għandu bżonn. Il-Perit Falzon ma tantx qagħad jomgħod kliemu meta qal li hu jemmen li l-kap li għandu bżonn il-partit jeżisti u qiegħed hemm, imma ma xtaqx joqgħod isemmi ismijiet.

Wieħed bil-fors jikkonkludi li żgur ma kienx qed jirreferi għal Bernard Grech. Mela skond Michael Falzon, il-Partit Nazzjonalista wasal għal kap ġdid li ser ikun il-ħames wieħed f’deċenju. Falzon jaħseb li min għandu f’moħħu hu, jkun jew tkun kapaċi li jgħaqqad d-diversi nies li jħaddnu opinjonijiet differenti u li ġejjien minn fazzjonijiet diversi

Id-dikjarazzjoni ta’ Michael Falzon kompliet tixħet dubju kbir ta’ kemm Bernard Grech huwa mogħni b’abbilita li jmexxi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *