Il-bieraħ 70 priġunier irrifjutaw l-ikel minħabba l-vġili quddiem il-ħabs: il-gwardjani jagħmlu petizzjoni favur Alex Dalli

Il-bieraħ filgħaxija waqt li numru ta’ għaqdiet kienu qed jagħmlu protesta quddiem il-ħabs ta’ Kordin, dan is-sit jinsab infurmat li 70 priġunier irrifjutaw l-ikel bi protesta u b’support lejn l-Direttur Alex Dalli. Bħala protesta, dawn il-priġunieri kielu aktar tard, wara li telqu dawk li għamlu l-vġili quddiem il-ħabs.

Fuq kollox, wara li Alex Dalli issospenda lilu nnifsu, dan is-sit jinsab wkoll infurmat li issa anki l-gwardjani u l-fizzjali tal-ħabs qed jagħmlu u jiġbru petizzjoni biex is-Sur Dalli jerġa’ jkun appuntat id-direttur ta’ din l-istituzzjoni.

Dan is-sit jinsab infurmat li wieħed minn dawk li hu bi ħġaru wara l-petizzjoni fost il-priġunieri u qed jiġbor il-firem kien suġġett ta’ artiklu fil-Malta Today. Il-Malta Today kienet ippubblikat storja fuqu. F’din l-istorja Malta Today kienet allegat li Alex Dalli kien rabat lil dan il-priġunier partikolari mas-siġġu tat-tortura.

Mhux talli din l-istorja mhix minnha, talli l-istess priġunier illum qiegħed fuq quddiem jitlob biex Alex Dalli jerġa’ jkun appuntat bħala direttur. Infakkar li fuq is-siġġu tat-tortura kienet qed tikteb ukoll il-gazzetta tal-Knisja Newsbook. Jistgħu dawn jispjegaw kif persuna, li skont Malta Today ġiet ittorturata minn Alex Dalli, tixtieq li l-istess Alex Dalli jerġa’ jibda jmexxi l-ħabs wara li ssospenda lilu nnifsu?

Din l-istorja tkompli turi l-agenda moħbija li għandha ċerta media partikolari u NGOs biex imexxu kampanja kontra Alex Dalli.

Leave a Reply