Where your opinion counts

Beppe Fenech Adami qed jibża’ jibgħat għal Yorgen Fenech biex jixhed quddiem il-PAC sabiex ma jikxiflux għawwaru

Huwa verament stramb kif f’dan il-pajjiż, għandna istituzzjonijiet li qed jgħidu li Yorgen Fenech huwa korrott u mbagħad dawn l-istess istituzzjonijiet qatt ma bagħtu għal Yorgen Fenech.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-Kumitat tal-Kontijiet pubbliċi ma jridx jibgħat għal Yorgen Fenech. Ara hawn hekk jaqblu n-Nazzjonalisti u l-Laburisti. Dan il-kumitat hu mmexxi Beppe Fenech Adami. Dan bagħat għaz-ziju ta’ Yorgen Fenech, Ray Fenech, biss sal-lum għadu ma bagħatx għal Yorgen Fenech.

Mela dan il-kumitat qed jistħarreġ il-korruzzjoni fl-ElectroGas. Tajjeb. Kulħadd jgħid li wara l-ElectroGas hemm il-korruzzjoni u wara din il-korruzzjoni hemm Yorgen Fenech. Tajjeb. Mela għala dan il-kumitat għadu ma bagħatx għall-protagonista ta’ dan kollu, Yorgen Fenech u beda jistaqsih dwar din il-korruzzjoni?

Ma nagħmlux mod li ċ-chairman ta’ dan il-kumitat, Beppe Fenech Adami jibża’ minnu? Ma nagħmlux mod li Yorgen Fenech jista’ jikxef ħafna għawwar u għalhekk mhux ser jgħajjatlu biex jixhed.

Biss jekk wieħed jaħseb li dan hu każ isolat sejjer żball. It-tliet imħallfin waslu għall-konklużjoni li Daphne Caruana Galizia inqatlet minħabba l-ElectroGas. Tajjeb. Imbagħad dawn it-tliet imħallfin li mexxew l-inkjesta l-anqas bagħatu u staqsew lill-protagonista ta’ dan kollu – Yorgen Fenech. Imma wasslu għall-konklużjoni li hu kien wara kollox. Imbagħad nafu mill-media, li r-raġel tal-imħallfa li kienet fuq din l-inkjesta kien f’business ma’ Yorgen Fenech! Ma tarax li kienu ser jibgħatu għalih! Imbagħad dawn iriduha tal-lumen de lumine.

Imbagħad kellna lil famuż tzar tal-etika pubblika George Hyzler. Dan investiga l-allegat flus jew senserija li għaddiet bejn deputata, Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech. Dan wassal għall-konklużjoni tiegħu li Rosianne Cutajar kissret il-kodiċi tal-etika. Tajjeb. Biss dan wasal għall-konklużjoni tiegħu mingħajr l-anqas biss bagħat u talab il-verżjoni ta’ Yorgen Fenech, il-persuna li suppost għaddiet dawn il-flus lil Rosianne Cutajar!

F’dan il-kuntest, ma nistax nifhem kif il-Kumitat tal-Etika tal-Parlament Malti jista’ jaddotta dan ir-rapport ta’ Hyzler b’nuqqas gravi bħal dan. L-anqas l-inkwiżizzjoni Rumana ma kienet tagħmel dawn il-ħmerijiet kollha f’dik li kienet proċedura. Anzi l-ewwel ma kienet tistaqsi u tinterroga kien il-protagonista nnifsu, li f’dawn il-każijiet kollha hu Yorgen Fenech.

Biss Yorgen Fenech mhux ser jittella’ jixhed għax il-membri tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi Nazzjonalisti qed jibżgħu, kif beżgħu t-tliet imħallfin tal-inkjesta pubblika u kif beża’ wkoll t-tzar tal-etika, George Hyzler.

Hawn wieħed malajr jasal għall-konklużjoni li jekk verament hemm il-korruzzjoni fil-kuntratt tal-ElectroGas hemm aktar korruzzjoni f’dawn l-istituzzjonijiet li suppost qed ikunu għassa kontra din il-korruzzjoni għaliex il-mod kif jagħmlu l-indaġini tagħhom huwa arbitrarju ħafna.

Verament kif kien jgħid Manuel Dimech, il-ħaqq f’dan il-pajjiż hu mmexxi minn klikka ta’ nies b’interessi okkulti u masoniċi.

One thought on “Beppe Fenech Adami qed jibża’ jibgħat għal Yorgen Fenech biex jixhed quddiem il-PAC sabiex ma jikxiflux għawwaru

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *