Where your opinion counts

Bernard Grech ikompli bl-awtogowls: din id-darba fuq il-kwistjoni tal-abort

Il-Partit Nazzjonalista reġa’ spiċċa jispara għal saqajh. Din id-darba, permezz tal-kandidata tiegħu Emma Portelli Bonnici. Din spiċċat toħodha kontra qassis mill-Ħamrun li ġej minn familja Nazzjonalista. Dan għax ikkritika għaliex hija favur l-abort.

Skont din il-kandidata, hija rċeviet kumment derogatorju mingħand dan il-qassis fuq xi ħaġa li skont hija ma qalitx. Biss hu fatt magħruf li hija persuna li ddikjarat lilha nnifisha favur l-abort. Hija parti mill-grupp ‘pro-choice’ fil-Partit Nazzjonalista. Waqt li għandha dritt għall-ideat u l-opinjoni tagħha, il-problema hawn hija waħda statutorja. Il-Partit Nazzjonalista hu partit konservattiv kontra l-abort. Fuq kollox u hawn tinsab l-ipokresija kollha, dan il-grupp fil-Partit Nazzjonalista xeba’ jgħajjar lil dawk li ma jaqblux mal-pożizzjoni tagħhom pro-choice bħala dinosawri. Mela huma jistgħu jgħajru u jużaw aġġettivi kemm iridu. Huma jistgħu jinżlu personali u anki jitolbu saħansitra xi ħadd jitlef ħobżu għax ma jaqblux miegħu. Imbagħad allaħares tagħmel kumment u ssemmi x-xitan, għaliex iqumu l-irwiefen kollha u dawk li qatt ma qalu kelma, meta kien hemm l-attakki mill-abortisti fuq dawk li ma jaqblux magħhom, jispiċċaw jiskruplaw!

The Times tellgħet kitbiet artiklu favur Portelli Bonnici u ġabet ix-xena li naħseb li tellgħet Emma Portelli Bonnici fejn fiha qegħdet il-kummenti ta’ partitarji akkaniti Nazzjonalisti li huma, bir-raġun kontra l-abort, b’inċiżjoni storika u propagandistika ta’ nisa qed jinħarqu. Dak li ġara hawn huwa li spiċċaw jiġu attakkati persuni Nazzjonalisti li minn ġuf ommhom ilhom jivvutaw lil PN!

https://timesofmalta.com/articles/view/pn-woman-candidate-called-satans-spawn-for-abortion-comment-she-never.912576?fbclid=IwAR2ux3UF47_iFJMWj57ldn22nwqW9PuYVHBlbGsTj9tQg0tb6AfFwFlzdCs

Dan l-artiklu ta’ Emma Portelli Bonnici kien akkumpanjat minn post li tella’ Bernard Grech fejn spiċċa jgħajjar lil dawk li huma kontra l-abort fil-partit tiegħu stess bħala patrijarkali.

Kompli PN u Bernard Grech b’din l-istrateġija u ibqgħu żguri li l-anqas ma intom ser tinġabru fl-elezzjoni li ġejja. Infakkar li Bernard Grech kien ippreżentat bħala l-bniedem tal-Kattoliċi, tant li kien deskritt bħala l-paladin tal-moviment ta’ Kana.Infakkar li waqt il-kampanja għall-kap, Bernard Grech qal li hu l-bniedem li ser ikun kapaċi jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista. Mhux talli għaqdu, talli bl-għażliet li qed jagħmel irnexxilu aktar ifarrku f’mitt biċċa.

One thought on “Bernard Grech ikompli bl-awtogowls: din id-darba fuq il-kwistjoni tal-abort

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *