Where your opinion counts

“Il-kitba ta Mark Camilleri tista’ titqies kitba ta’ rikatt jew theddid”

minn Simon Mercieca

Mark Camilleri tella’ post fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Ġa kelli ċ-ċans nitkellem dwaru. Fl-opinjoni ta’ espert legali, dan hu post ċar ta’ theddid jew rikatt. Issa r-rikatt jew ‘blackmail’ hu att kriminali fil-liġi tagħna li miegħu hemm marbut pruġinerija. L-artiklu 250 tal-kapitlu 9 tal-liġi ta’ Malta hu ċar:

Jekk Mark Camilleri għandu informazzjoni li tinkrimina deputat, allura hu fid-dmir li jmur għand il-kummissarju tal-pulizija biex jieħu passi. Ma jistax persuna jhedded deputat, ta’ liema partit politiku huwa.

Biss jekk l-informazzjoni li għandu Mark Camilleri hija l-istess informazzjoni li għandha l-pulizija, u ġejja miċ-chats ta’ Yorgen Fenech, allura f’dan il-każ, hemm problema kbira. Dan jiġi theddid fuq deputat elett tal-poplu. Hu interessanti kif ser jiżviluppa dan il-każ.

Infakkar li meta kien hemm il-każ taż-żewġ avukati ta’ Yorgen Fenech, il-pulizija pproċediet kontra tagħhom mingħajr ma kien hemm kwerela’ mill-ġurnalista inkwistjoni.

Issa x’ser jagħmel il-kummissarju tal-pulizija?

One thought on ““Il-kitba ta Mark Camilleri tista’ titqies kitba ta’ rikatt jew theddid”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *