Where your opinion counts

Peregin jitkarrab biex il-partitarji jħallsulu s-salarju waqt li fil-PN għaddejja x-xniegħa li anki l-PL talbuh biex imur magħhom

Mela Christian Peregin beda jitkarrab għall-flus għaliex jidher li ser ikun hemm problemi biex jitħallas s-salarju tiegħu.

Mhux għax il-Partit Nazzjonalista ma għandux ikun mgħejjun. Anzi nemmen li għandu jkun mgħejjun għaliex fih hemm ħafna ħaddiema li taw ħajjithom għall-partit. Biss wara li telaq Delia, il-priorita’ tal-ħlasijiet ta’ dawn il-ħaddiema ġiet irregalata’ fil-qiegħ tal-aġenda tal-politika ta’ dan il-partit.

Biss Peregin jrid jibda hu billi jagħti eżempju. L-ewwel billi jgħid kemm hu s-salarju tiegħu. Mhux kollox sigriet. Kif inhuma l-affarijiet, dan il-ġbir ta’ flus mhux qed isir għall-Partit Nazzjonalista imma biex huwa jkun jista’ jitħallas is-salarju tad-deheb li ngħata. Kif wieħed jista’ jitlob donazzjonijiet meta hu ftiehem salarju tad-deheb? Kieku ma ngħatax dan is-salarju kien jibqa’ jagħmel il-propaganda għall-Gvern tal-Lejber kif kien qed jagħmel qabel jew forsi, kif hemm minn issa qed jallega fil-PN, kien imur imexxi l-propaganda tal-Partit Laburista?

Jekk verament jemmen fl-ideal Nazzjonalista, missu daħal għalih bla ħlas jew b’salarju diċenti jew fuq remunerazzjoni u mhux salarju fenominali minn partit li qiegħed fi kriżi finanzjarja.

Min-naħa tiegħi, ma għandix bżonn lil Peregin biex jgħidli biex inkun tessarat tal-Partit Nazzjonalista. Jien ittesserat u ili ttesserat u kont ittesserat meta Peregin u sħabu kienu qed iħeġġu lill-poplu Malti jivvota lil Joseph Muscat.

Parir wieħed nagħti lil Christian Peregin. Ieqaf ġib ruħek qiesek inti ser tkun is-salvatur tal-Partit Nazzjonalista għax kif jgħid Kristu, id-dar trid tinbena fuq il-blat. Jekk le, kbira tkun il-qerda tagħha (Mt 7, 24-27).

2 thoughts on “Peregin jitkarrab biex il-partitarji jħallsulu s-salarju waqt li fil-PN għaddejja x-xniegħa li anki l-PL talbuh biex imur magħhom

  1. U ma tarax. Imur għand min webblu biex jinpjejga ruħu mal-PN ta’ BG. Ħlief il-ħlas tat-tessera mhu sejjer nagħti l-anqas ċenteżmu wieħed.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *