Where your opinion counts

Bħalissa għaddejja witchhunt biex jaqbdu min qed jgħaddili l-informazzjoni

Dan is-sit jista’ jisvela li bħalissa għaddejja dik li fl-Ingliż tissejjaħ witchhunt – jew kaċċa għas-sħaħar – fil-Partit Nazzjonalista biex jaraw min huwa l-persuna li qed jgħaddili din l-informazzjoni dwar dak li għaddej bħalissa fl-elezzjonijiet tal-esekuttiv.

Moira Sciberras ġa tellgħet artiklu fejn implikat li hemm persuna li qed tgħaddili l-informazzjoni. Dak li għandu jara l-Partit Nazzjonalista – mhux li joqgħod jagħmel il-kaċċa għas-sħaħar – imma li jkollu nies li jagħmlu xogħol sew u mhux jikkreaw elezzjoni, mimlija żballji li jista’ jkun ukoll, qed jissogra li tkun invalidata jekk xi ħadd ifettilu jdaħħal lill-Partit Nazzjonalista l-qorti. U dan it-taħwid kollu ġie kkreat f’attentat biex jiġu eletti l-magħżula ta’ Bernard Grech.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *