Where your opinion counts

Tweġiba tiegħi lil Anthony Bonello

Mela ċertu Anthony Bonello li ma nafux minn Adam, tella’ post biex mingħalih jwaqqagħni għaż-żuffjett għaliex jien għidt li jien kont parteċipi fil-protesti tat-tmenijiet tal-Partit Nazzjonalista. Ser inġib x’qal Bonello u r-risposta tiegħi.

Wara din it-tweġiba tiegħi kitbu xi nies u kiteb dan Bonello li anki spiċċa jgħajjar persuna bl-aktar mod salvaġġ. Hawn x’inkiteb.

Ma kontx ser nirrispondih imma ddeċidejt li nikteb dan il-blog għaliex dak li kiteb dan Anthony Bonello juri għala l-PN jinsab fil-kriżi li qiegħed fiha anki jekk dan Bonello huwa mal-Partit Oppost u għala llum l-anqas meeting ma għadu kapaċi jgħajjat.

Mela skont din il-persuna individu bħali, żagħżugħ jew teenager li qed jirrispondi għall-għajta ta’ partit politiku u jattendi meetings sħan tat-tmenijiet, bħal ma kien dak tal-Fgura, li wara li spiċċa fejn partitarji Nazzjonalisti ġewwa attakkati fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid u kont hemm jew dak tal-Barrani jew il-funeral ta’ Raymond Caruana li spiċċa b’prattikament f’demostrazzjoni u kien ser jinqala’ l-inkwiet li ma seħħx, għaliex leħqet intervjenit il-mara ta’ Eddie Fenech Adami. jew laqgħat oħra bħal ma kienu l-meetings tan-numri jfisser li tkun biss spettatur!

Biss nifhem li s-Sur Bonello mhux ser jaqbel miegħi fuq dan. Il-fatt li hu li hu kien u għadu fuq in-naħa l-oħra. Biss għall-inqas permezz ta’ kliemek qed taċċetta li f’dik il-ħabta mhux kollox kien sejjer sew fil-gvern Laburista. Imma tgħidulu jekk dan Laburista għala inti għidt li din il-kitba tispjega għala n-Nazzjonalisti ma għadhomx jinteressahom il-meetings? Dan jinsab f’dak li seħħ wara din il-kitba.

Għaliex daħal jagħmel kumment favur il-kitba ta’ Bonello l-ex-xuffier tal-Ministru Nazzjonalista, Chris Said. Hawn qed nirreferi għal Daniel Cordina, li meta tela’ Adrian Delia, dan mar jagħti s-support tiegħu lill-Partit Laburista u għalhekk iħossu ta’ ġewwa ma ċertu kummenti bħal dawn! Dan hu dak li kiteb Daniel Cordina.

Fi kliem ieħor, Cordina qabel ma’ Bonello li jien qed inqarraq meta ngħid li kont parteċipi fil-manifestazzjonijiet politiċi tat-tmenijiet. Tiskanta fejn irid, kemm ix-xufier ta’ Chris Said jaqbel mal-Laburisti! Daqshekk ix-xuffier ta’ Chris Said jistma l-parteċipazzjoni ta’ persuni li fil-passat wieġbu għas-sejħa tal-Partit Nazzjonalista!

Biss nirringrazzja lis-Sur Bonello talli tani ċ-ċans inġedded il-memorji tal-imgħoddi u ngħidlu li ma jiddispjaċini xejn li kont parteċipi f’dawk id-demostrazzjonijiet!

One thought on “Tweġiba tiegħi lil Anthony Bonello

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *