Where your opinion counts

Adrian Delia ser joħroġ fuq it-Tmien Distrett

Messaġġ li rċevejt mingħand partitarju Nazzjonalista mit-tmien distrett

Nharl-Erbgħa, 8 ta’ April kont qed nara l-programm ta’ Karl Stagno Navarra, ‘Pjazza’. Il-preżentatur għamel dikjarazzjoni fejn qal li Adrian Delia għadu mhux aċċettat bħala kandidat fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. Nixtieq ngħid li din fakenews – jew aħbar falza. Ma nafx jekk kienetx maħsuba biex tqanqal ftit inkwiet bejn il-partitarji tal-Partit Nazzjonalista.

Karl Stagno Navarra qalha fil-kuntest ta’ ġlied intern li għandu l-Partit Nazzjonalista dwar il-kandidatura ta’ Adrian Delia. Ma naħsibx li għandek għalfejn tgħidilna li Beppe Fenech Adami qed jagħmel ħiltu kollha biex ma jħallix lil Adrian Delia joħroġ fuq it-tmien distrett. Biss,  Adrian Delia ssemma bħala wieħed mil-lista ta’ kandidati li kienu kkonfermati mill-Partit waqt laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit. Dik smajtha b’widnejja u ebda wieħed mill-amministraturi preżenti żgur li mhux ser jażżarda jiċhad dan. Nifhem li hemm min lil Adrian Delia ma jridux joħroġ. Hu fatt magħruf li Beppe Fenech Adami qed jibża mill-kompetizzjoni li Adrian Delia ser joffrilu fuq dan id-distrett. Nappella lil Beppe Fenech Adami biex il-kandidati kollha fuq dan id-distrett ikun maqgħuda. Jekk le, ħsara kbira lill-Partit u lilu n-nifsu jkun qed jagħmel.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *